|
+Artikolu 65 7. |
Artikolu 65 7.Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq bażi regolari tal-effikaċja tal-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u, b'mod partikolari, il-kwalità ta' eżekuzzjoni tal-entitajiet identifikati f'dik il-politika u, meta xieraq, jikkoreġu xi nuqqasijiet. Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu l-politika u l-arranġamenti mill-anqas kull sena. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull meta jkun hemm xi bidla materjali li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħha. Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw jekk seħħitx bidla materjali u għandhom iqisu li jagħmlu l-bidliet għall-postijiet tal-eżekuzzjoni jew entitajiet li fuqhom jiddependu b'mod sinifikanti fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva. Bidla materjali għandha tkun avveniment sinifikanti li tista' tħalli impatt fuq il-parametri tal-aqwa eżekuzzjoni bħal spiża, prezz, ħeffa, probabbiltà ta' eżekuzzjoni u saldu, daqs, natura jew kwalunkwe konsiderazzjoni oħra relevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|