+Artikolu 65
---+Artikolu 65 1.
---+Artikolu 65 2.
---+Artikolu 65 3.
---+Artikolu 65 4.
---+Artikolu 65 5.
---+Artikolu 65 6.
---+Artikolu 65 7.
---+Artikolu 65 8.

Artikolu 65

Id-dmir tad-ditti tal-investiment li jwettqu mmaniġġjar ta' portafolji u jirċievu u jibagħtu l-ordnijiet għal azzjoni fl-aħjar interessi tal-klijent

(L-Artikolu 24(1) u 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 65 1.
Id-ditti tal-investiment, meta jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolji, għandhom jikkonformaw mal-obbligu taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li jaġixxu skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom meta jagħmlu ordnijiet ma' entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni li jirriżultaw minn deċiżjonijiet mid-ditta tal-investiment li titratta strumenti finanzjarji għan-nom tal-klijent tagħha.
Artikolu 65 2.
Id-ditti tal-investiment, meta jipprovdu s-servizz biex jirċievu u jibagħtu ordnijiet, għandhom jikkonformaw mal-obbligu taħt l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li jaġixxu skont l-aħjar interessi tal-klijenti tagħhom meta jibagħtu ordnijiet tal-klijenti lil entitajiet oħra għal eżekuzzjoni.
Artikolu 65 3.
Sabiex jikkonformaw mal-paragrafi 1 jew 2, id-ditti tal-investiment għandhom ikunu konformi mal-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 64(4).
Artikolu 65 4.
Id-ditti tal-investiment għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom filwaqt li jqisu l-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. L-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi għandha tkun determinata b'referenza għall-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) u, għal klijenti mhux professjonali, għar-rekwiżit taħt l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Ditta tal-investiment tissodisfa l-obbligi tagħha taħt il-paragrafu 1 jew 2, u mhijiex meħtieġa tieħu l-passi msemmija f'dan il-paragrafu, diment li ssegwi istruzzjonijiet speċifiċi mill-klijent tagħha meta tagħmel ordni ma', jew tibgħat ordni lil, entità oħra għal eżekuzzjoni.

Artikolu 65 5.
Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jimplimentaw politika li tippermettilhom jikkonformaw mal-obbligu fil-paragrafu 4. Il-politika għandha tidentifika, fir-rigward ta' kull klassi ta' strumenti, l-entitajiet li magħhom isiru l-ordnijiet jew li lilhom id-ditta tal-investiment tibgħat l-ordnijiet għal eżekuzzjoni. L-entitajiet identifikati għandu jkollhom arranġamenti ta' eżekuzzjoni li jippermettu lil ditta tal-investiment tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu meta tagħmel jew tibgħat ordnijiet lil dik l-entità għal eżekuzzjoni.
Artikolu 65 6.
Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu informazzjoni xierqa lill-klijenti tagħhom dwar il-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u l-paragrafi 2 sa 9 tal-Artikolu 66. Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti tagħhom bl-informazzjoni adegwata dwar id-ditta u s-servizzi tagħha u l-entitajiet magħżula għall-eżekuzzjoni. B'mod partikolari, meta d-ditta tal-investiment tagħżel ditti oħrajn sabiex jipprovdu servizzi ta' eżekuzzjoni tal-ordni, għandha tagħmel sommarju u tagħmel pubbliku, fuq bażi annwali, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, l-aqwa ħames (5) ditti tal-investiment fir-rigward tal-volumi tan-negozju meta bagħtet jew poġġiet ordnijiet tal-klijenti għall-eżekuzzjoni fis-sena ta' qabel u informazzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba. L-informazzjoni għandha tkun konsistenti mal-informazzjoni ppubblikata skont l-istandards tekniċi żviluppati taħt l-Artikolu 27(10)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE.

Fuq talba raġonevoli minn klijent, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti jew lill-klijenti potenzjali tagħhom b'informazzjoni dwar l-entitajiet fejn l-ordnijiet huma mibgħuta jew imressqa għall-eżekuzzjoni.

Artikolu 65 7.
Id-ditti tal-investiment għandhom jagħmlu monitoraġġ fuq bażi regolari tal-effikaċja tal-politika stabbilita skont il-paragrafu 5 u, b'mod partikolari, il-kwalità ta' eżekuzzjoni tal-entitajiet identifikati f'dik il-politika u, meta xieraq, jikkoreġu xi nuqqasijiet.

Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu l-politika u l-arranġamenti mill-anqas kull sena. Din ir-reviżjoni għandha titwettaq ukoll kull meta jkun hemm xi bidla materjali li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti tagħha.

Id-ditti tal-investiment għandhom jivvalutaw jekk seħħitx bidla materjali u għandhom iqisu li jagħmlu l-bidliet għall-postijiet tal-eżekuzzjoni jew entitajiet li fuqhom jiddependu b'mod sinifikanti fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva.

Bidla materjali għandha tkun avveniment sinifikanti li tista' tħalli impatt fuq il-parametri tal-aqwa eżekuzzjoni bħal spiża, prezz, ħeffa, probabbiltà ta' eżekuzzjoni u saldu, daqs, natura jew kwalunkwe konsiderazzjoni oħra relevanti għall-eżekuzzjoni tal-ordni.

Artikolu 65 8.
Dan l-Artikolu ma għandux japplika meta d-ditta tal-investiment li tipprovdi s-servizz ta' mmaniġġjar ta' portafolji jew ta' riċeviment u trażmissjoni ta' ordnijiet teżegwixxi wkoll l-ordnijiet riċevuti jew id-deċiżjonijiet sabiex tinnegozja għan-nom tal-portafoll tal-klijent tagħha. F'dawk il-każijiet japplika l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/65/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.