+Artikolu 66 3.

Artikolu 66 3.

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti bid-dettalji li ġejjin dwar il-politika ta' eżekuzzjoni tagħhom fi żmien tajjeb qabel ma jingħata s-servizz:

(a) 

rendikont tal-importanza relattiva li d-ditta tal-investiment tagħti, skont il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 59(1), lill-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew il-proċess li permezz tiegħu, id-ditta tiddetermina l-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi,

(b) 

lista taċ-ċentri ta' eżekuzzjoni li d-ditta tiddependi b'mod sinifikanti fuqhom f'li jissodisfaw l-obbligu tagħha li jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet tal-klijent u jispeċifikaw liema ċentri ta' eżekuzzjoni jintużaw għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji għall-ordnijiet tal-klijenti mhux professjonali, tal-klijenti professjonali u tal-SFTs;

(c) 

lista ta' fatturi użati sabiex jintgħażel post ta' eżekuzzjoni, inkluż fatturi kwalitattivi bħal skemi ta' kklerjar, salvaviti, azzjonijiet skedati u kull konsiderazzjoni rilevanti oħra, u l-importanza relattiva ta' kull fattur; L-informazzjoni dwar il-fatturi użati għall-għażla ta' post ta' eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni għandha tkun konsistenti mal-kontrolli użati mid-ditta sabiex turi lill-klijenti li l-aħjar eżekuzzjoni ntlaħqet f'bażi konsistenti waqt ir-reviżjoni tal-adegwatezza tal-politika u l-arranġamenti tagħha.

(d) 

kif il-fatturi ta' eżekuzzjoni tal-kost tal-prezz, il-ħeffa, il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni u kull fattur rilevanti ieħor huma meqjusa bħala parti mill-passi raġonevoli kollha sabiex jinkiseb l-aqwa riżultat possibbli għall-klijent;

(e) 

fejn applikabbli, l-informazzjoni li d-ditta teżegwixxi l-ordnijiet barra miċ-ċentru tan-negozjar, il-konsegwenzi, pereżempju r-riskju ta' kontroparti li ġej mill-eżekuzzjoni barra ċ-ċentru tan-negozjar, u fuq talba tal-klijent, informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta' dan il-mezz ta' eżekuzzjoni.

(f) 

twissija ċara u prominenti li kull istruzzjoni speċifika minn klijent tista' tipprevjeni lid-ditta milli tieħu l-passi li fasslet u implimentat fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-ordnijiet fir-rigward tal-elementi koperti minn dawk l-istruzzjonijiet.

(g) 

sommarju tal-proċess tal-għażla għall-postijiet ta' eżekuzzjoni, l-istrateġiji ta' eżekuzzjoni mħaddma, il-proċeduri u l-proċessi użati sabiex tiġi analizzata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba u kif id-ditti jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-aqwa riżultati possibbli inkisbu għall-klijenti.

Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'mezz permanenti, jew permezz ta' sit elettroniku (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) jiġu ssodisfati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.