+Artikolu 66
---+Artikolu 66 1.
---+Artikolu 66 2.
---+Artikolu 66 3.
---+Artikolu 66 4.
---+Artikolu 66 5.
---+Artikolu 66 6.
---+Artikolu 66 7.
---+Artikolu 66 8.
---+Artikolu 66 9.

Artikolu 66

Politika ta' eżekuzzjoni

(Artikolu 27(5) u (7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 66 1.
Id-ditti tal-investiment għandhom jirrevedu, mill-anqas kull sena l-politika ta' eżekuzzjoni stabbilita skont l-Artikolu 27(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, kif ukoll l-arranġamenti tagħhom għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet.

Din ir-reviżjoni għandha ssir ukoll kull meta jkun hemm bidla materjali kif imsemmija fl-Artikolu 65(7) isseħħ u li taffettwa l-kapaċità tad-ditta li tkompli tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tal-klijent tagħha fuq bażi konsistenti bl-użu taċ-ċentri inklużi fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha. Ditta tal-investiment għandha tivvaluta jekk seħħitx bidla materjali u għandha tqis li tagħmel il-bidliet għall-importanza relattiva tal-aqwa fatturi tal-eżekuzzjoni fl-issodisfar tar-rekwiżit dwar l-aħjar eżekuzzjoni komprensiva.

Artikolu 66 2.
L-informazzjoni dwar il-politika tal-eżekuzzjoni għandha tkun adattata skont il-klassi ta' strument finanzjarju u tip ta' servizz ipprovdut u għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafi 3 sa 9.
Artikolu 66 3.

Id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijenti bid-dettalji li ġejjin dwar il-politika ta' eżekuzzjoni tagħhom fi żmien tajjeb qabel ma jingħata s-servizz:

(a) 

rendikont tal-importanza relattiva li d-ditta tal-investiment tagħti, skont il-kriterji speċifikati fl-Artikolu 59(1), lill-fatturi msemmija fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jew il-proċess li permezz tiegħu, id-ditta tiddetermina l-importanza relattiva ta' dawk il-fatturi,

(b) 

lista taċ-ċentri ta' eżekuzzjoni li d-ditta tiddependi b'mod sinifikanti fuqhom f'li jissodisfaw l-obbligu tagħha li jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu fuq bażi konsistenti l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet tal-klijent u jispeċifikaw liema ċentri ta' eżekuzzjoni jintużaw għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji għall-ordnijiet tal-klijenti mhux professjonali, tal-klijenti professjonali u tal-SFTs;

(c) 

lista ta' fatturi użati sabiex jintgħażel post ta' eżekuzzjoni, inkluż fatturi kwalitattivi bħal skemi ta' kklerjar, salvaviti, azzjonijiet skedati u kull konsiderazzjoni rilevanti oħra, u l-importanza relattiva ta' kull fattur; L-informazzjoni dwar il-fatturi użati għall-għażla ta' post ta' eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni għandha tkun konsistenti mal-kontrolli użati mid-ditta sabiex turi lill-klijenti li l-aħjar eżekuzzjoni ntlaħqet f'bażi konsistenti waqt ir-reviżjoni tal-adegwatezza tal-politika u l-arranġamenti tagħha.

(d) 

kif il-fatturi ta' eżekuzzjoni tal-kost tal-prezz, il-ħeffa, il-probabbiltà ta' eżekuzzjoni u kull fattur rilevanti ieħor huma meqjusa bħala parti mill-passi raġonevoli kollha sabiex jinkiseb l-aqwa riżultat possibbli għall-klijent;

(e) 

fejn applikabbli, l-informazzjoni li d-ditta teżegwixxi l-ordnijiet barra miċ-ċentru tan-negozjar, il-konsegwenzi, pereżempju r-riskju ta' kontroparti li ġej mill-eżekuzzjoni barra ċ-ċentru tan-negozjar, u fuq talba tal-klijent, informazzjoni addizzjonali dwar il-konsegwenzi ta' dan il-mezz ta' eżekuzzjoni.

(f) 

twissija ċara u prominenti li kull istruzzjoni speċifika minn klijent tista' tipprevjeni lid-ditta milli tieħu l-passi li fasslet u implimentat fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha sabiex tikseb l-aħjar riżultat possibbli għall-eżekuzzjoni ta' dawk l-ordnijiet fir-rigward tal-elementi koperti minn dawk l-istruzzjonijiet.

(g) 

sommarju tal-proċess tal-għażla għall-postijiet ta' eżekuzzjoni, l-istrateġiji ta' eżekuzzjoni mħaddma, il-proċeduri u l-proċessi użati sabiex tiġi analizzata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba u kif id-ditti jimmonitorjaw u jivverifikaw li l-aqwa riżultati possibbli inkisbu għall-klijenti.

Dik l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta f'mezz permanenti, jew permezz ta' sit elettroniku (meta dan ma jikkostitwixxix mezz permanenti) sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) jiġu ssodisfati.

Artikolu 66 4.
Fejn id-ditti tal-investiment japplikaw tariffi differenti li jiddependu fuq il-post ta' eżekuzzjoni, id-ditta għandha tispjega dawn id-differenzi f'biżżejjed dettall sabiex tippermetti lill-klijent jifhem il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażla ta' post wieħed ta' eżekuzzjoni.
Artikolu 66 5.
Fejn id-ditti tal-investiment jistiednu klijenti sabiex jagħżlu ċentru ta' eżekuzzjoni, informazzjoni ġusta, ċara u li ma tqarraqx għandha tkun ipprovduta sabiex tipprevjeni lill-klijent milli jagħżel post wieħed ta' eżekuzzjoni u mhux ieħor fuq il-bażi biss tal-politika tal-prezz applikata mid-ditta.
Artikolu 66 6.
Id-ditti tal-investiment għandhom jirċievu biss pagamenti minn partijiet terzi li jkunu konformi mal-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jinfurmaw lill-klijenti dwar l-inċentivi li d-ditta tista' tirċievi mill-postijiet ta' eżekuzzjoni. L-informazzjoni li tispeċifika t-tariffi imposti mid-ditta tal-investiment lill-kontropartijiet kollha involuti fit-tranżazzjoni, u fejn it-tariffi jvarjaw skont il-klijent, l-informazzjoni għandha tindika t-tariffi massimi jew firxa ta' tariffi li jistgħu jkunu pagabbli.
Artikolu 66 7.
Fejn ditta tal-investiment titlob imposti lil aktar minn parteċipant wieħed fi tranżazzjoni, skont l-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha, id-ditta għandha tinforma lill-klijenti tagħha dwar il-valur ta' kull benefiċċju monetarju jew mhux monetarju riċevut mid-ditta.
Artikolu 66 8.
Fejn klijent jagħmel talbiet għall-informazzjoni raġonevoli u proporzjonati dwar il-politiki jew l-arranġamenti tagħha u kif inhuma riveduti għal ditta tall-investiment, dik id-ditta tall-investiment għandha twieġeb b'mod ċar u fi żmien raġonevoli.
Artikolu 66 9.
Fejn ditta tal-investiment teżegwixxi ordnijiet għal klijenti mhux professjonali, għandha tipprovdi sommarju tal-politika rilevanti lil dawk il-klijenti, iffokat fuq l-ispejjeż totali li jġarrbu. Is-sommarju għandu wkoll jipprovdi rabta għall-aktar data riċenti dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2014/65/UE għal kull ċentru ta' eżekuzzjoni mniżżel mid-ditta ta' investiment fil-politika ta' eżekuzzjoni tagħha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.