+Artikolu 71
---+Artikolu 71 1.
---+Artikolu 71 2.
---+Artikolu 71 3.
---+Artikolu 71 4.
---+Artikolu 71 5.
|
Artikolu 71
Kontropartijiet eliġibbli (L-Artikolu 30 tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 71 1.
|
Minbarra l-kategoriji li huma stabbiliti b'mod espliċitu fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala kontroparti eliġibbli skont l-Artikolu 30(2) ta' dik id-Direttiva, impriża li taqa' fil-kategorija ta' klijenti li għandhom jitqiesu bħala klijenti professjonali skont il-paragrafi 1, 2 u 3 tat-Taqsima I tal-Anness II ta' dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 71 2.
|
Meta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2014/65/UE, kontroparti eliġibbli titlob trattament bħala klijent li n-negozju tiegħu ma' ditta tal-investiment hu soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28 ta' dik id-Direttiva, it-talba għandha ssir bil-miktub, u għandha tindika jekk it-trattament bħala klijent mhux professjonali u klijent professjonali jirreferi għal servizz tal-investiment jew tranżazzjoni waħda jew aktar, jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott wieħed jew aktar.
|
|
Artikolu 71 3.
|
Fejn kontroparti eliġibbli titlob trattament bħala klijent li n-negozju tiegħu ma' ditta tal-investiment hu soġġett għall-Artikoli 24, 25, 27 u 28 tad-Direttiva 2014/65/UE, iżda ma titlobx espliċitament trattament bħala klijent mhux professjonali, id-ditta għandha titratta lil dik il-kontroparti eliġibbli bħala klijent professjonali.
|
|
Artikolu 71 4.
|
Fejn il-kontroparti eliġibbli titlob b'mod espliċitu trattament bħala klijent mhux professjonali, id-ditta tal-investiment għandha titratta l-kontroparti eliġibbli bħala klijent mhux professjonali, fejn tapplika d-dispożizzjonijiet fir-rigward ta' talbiet ta' trattament mhux professjonali speċifikati fit-tieni, fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tat-Taqsima I tal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE.
|
|
Artikolu 71 5.
|
Fejn klijent jitlob li jkun ittrattat bħala kontroparti eliġibbli, skont l-Artikolu 30(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, għandha tiġi segwita l-proċedura li ġejja:
(a)
id-ditta tal-investiment għandha tipprovdi lill-klijent bi twissija ċara bil-miktub tal-konsegwenzi ta' talba bħal din għall-klijent, inkluż il-protezzjonijiet li jistgħu jitilfu;
(b)
il-klijent għandu jikkonferma bil-miktub it-talba sabiex ikun ittrattat bħala kontroparti eliġibbli jew b'mod ġenerali jew fir-rigward ta' servizz tal-investiment wieħed jew aktar jew tranżazzjoni jew tip ta' tranżazzjoni jew prodott u li huwa konxju mill-konsegwenzi tal-protezzjoni li jista' jitlef bħala riżultat ta' talba bħal din.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|