|
+Artikolu 76 1. |
Artikolu 76 1.Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, stabbilita bil-miktub u adatta għad-daqs u għall-organizzazzjoni tad-ditta u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Il-politika għandha tinkludi l-kontenut li ġej:
(a)
l-identifikazzjoni tal-konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi interni rilevanti, li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE; u
(b)
l-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiżguraw il-konformità tad-ditta mat-tielet u t-tmien subparagrafi tal-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali u d-ditta mhijiex kapaċi tirrekordja l-konverżazzjoni/komunikazzjoni fuq l-apparati maħruġa, aċċettati u permessi mid-ditta. Evidenzi ta' ċirkostanzi bħal dawn għandhom jinżammu u għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|