+Artikolu 76
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
---+Artikolu 76 5.
---+Artikolu 76 6.
---+Artikolu 76 7.
---+Artikolu 76 8.
---+Artikolu 76 9.
---+Artikolu 76 10.
---+Artikolu 76 11.

Artikolu 76

Reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi

(L-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 76 1.

Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu politika effettiva ta' reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, stabbilita bil-miktub u adatta għad-daqs u għall-organizzazzjoni tad-ditta u għan-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tagħha. Il-politika għandha tinkludi l-kontenut li ġej:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż konversazzjonijiet fuq it-telefon jew komunikazzjonijiet elettroniċi interni rilevanti, li huma soġġetti għar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) 

l-ispeċifikazzjoni tal-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u l-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex jiżguraw il-konformità tad-ditta mat-tielet u t-tmien subparagrafi tal-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE fejn jinqalgħu ċirkostanzi eċċezzjonali u d-ditta mhijiex kapaċi tirrekordja l-konverżazzjoni/komunikazzjoni fuq l-apparati maħruġa, aċċettati u permessi mid-ditta. Evidenzi ta' ċirkostanzi bħal dawn għandhom jinżammu u għandhom ikunu aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 76 2.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-korp maniġerjali għandu sorveljanza u kontroll effikaċi tal-politiki u l-proċeduri fir-rigward tar-reġistrazzjoni mid-ditta ta' konverżazzjonijiet fuq it-telefon jew ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.
Artikolu 76 3.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-arranġamenti jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni huma newtrali fit-teknoloġija. Id-ditti għandhom jevalwaw b'mod perjodiku l-effikaċja tal-politiki u l-proċeduri tad-ditta u għandhom jadottaw kull alternattiva jew miżuri addizzjonali u proċeduri bħal dawn kif inhu meħtieġ u xieraq. Mill-anqas, adozzjoni bħal din ta' miżuri alternattivi jew addizzjonali għandha sseħħ meta mezz ġdid ta' komunikazzjoni huwa aċċettat jew permess għall-użu mid-ditta.
Artikolu 76 4.
Id-ditti tal-investiment għandhom iżommu u jaġġornaw b'mod regolari rekord ta' dawk l-individiwi li għandhom apparati tad-ditta jew apparati privati li kienu approvati għall-użu mid-ditta.
Artikolu 76 5.
Id-ditti tal-inevstiment għandhom jedukaw u jħarrġu lill-impjegati fil-proċeduri li jirregolaw ir-rekwiżiti fl-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE.
Artikolu 76 6.
Sabiex tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u ż-żamma tar-rekords skont l-Artikolu 16(7) tad-Direttiva 2014/65/UE, id-ditti tal-investiment għandhom jissorveljaw b'mod perjodiku ir-rekords tat-tranżazzjonijiet u l-ordnijiet soġġetti għal dawk ir-rekwiżitim inkluż konverżazzjonijiet rilevanti. Sorveljanza bħal din għandha tkun abbażi tar-riskju u proporzjonata.
Artikolu 76 7.
Id-ditti tal-investiment għandhom juru s-sorveljanza tal-politiki, il-proċeduri u l-ġestjoni tar-regoli tar-reġistrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.
Artikolu 76 8.

Qabel mad-ditti tal-investiment jipprovdu servizzi tal-investiment u attivitajiet fir-rigward tar-riċeviment, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet għal klijenti ġodda u eżistenti, id-ditti għandhom jinfurmaw lill-klijent b'dan li ġej:

(a) 

li l-konverżazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet qegħdin jiġu rrekordjati; u

(b) 

li kopja tar-reġistrazzjoni ta' konverżazzjonijiet bħal dawn mal-klijent u l-komunikazzjonijiet mal-klijent ser ikunu disponibbli fuq talba għal perjodu ta' ħames (5) snin u, fejn mitlub mill-awtorità kompetenti, għal perjodu sa seba' snin.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun ippreżentata fl-istess lingwa(i) bħal dik/dawk użata/użati sabiex tipprovdi/jipprovdu servizzi tal-investiment lill-klijenti.

Artikolu 76 9.

Id-ditti tal-investiment għandhom jirrekordjaw f'mezz permanenti l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-konverżazzjonijiet wiċċ imb'wiċċ mal-klijenti. Din l-informazzjoni għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:

(a) 

id-data u l-ħin tal-laqgħat,

(b) 

il-post tal-laqgħat;

(c) 

l-identità ta' dawk li jattendu;

(d) 

l-inizjatur tal-laqgħat; u

(e) 

informazzjoni rilevanti dwar l-ordni tal-klijent inkluż il-prezz, volum, tip ta' ordni u meta ser tintbagħat jew tiġi eżegwita.

Artikolu 76 10.
Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz permanenti, li jippermettilhom li jerġgħu jinstemgħu jew jiġu kkuppjati u għandhom jinżammu f'format li ma jippermettix li r-rekord oriġinali jinbidel jew jitħassar.

Ir-rekords għandhom jinżammu f'mezz sabiex ikunu aċċessibbli u disponibbli faċilment lill-klijenti fuq talba.

Id-ditti għandhom jiżguraw il-kwalità, il-preċiżjoni u t-tlestija tar-rekords ta' kull reġistrazzjoni tat-telefon u ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

Artikolu 76 11.
Il-perjodu ta' żmien għaż-żamma ta' rekord għandu jibda fid-data meta jinħoloq ir-rekord.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.