+Artikolu 78
---+Artikolu 78 1.
---+Artikolu 78 2.
|
Artikolu 78
Reġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbir tal-SME (L-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1.
|
Meta tiddetermina jekk mill-anqas 50 % tal-emittenti ammessi għan-negozjar f'MTF huma SMEs għall-finijiet ta' reġistrazzjoni bħala suq ta' tkabbr SME skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF għandha tikkalkula l-proporzjon medju tal-SMEs fuq in-numru totali ta' emittenti li l-istrumenti finanzjarji tagħhom huma ammessi għan-negozjar f'dak is-suq. Il-proporzjon medju għandu jiġi kkalkolat fil-31 ta' Diċembru tas-sena kalendarja ta' qabel bħala l-medja tat-tnax-il proporzjon tat-tmiem tax-xahar ta' dik is-sena kalendarja. Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet l-oħrajn għar-reġistrazzjoni speċifikati fil-punti (b) sa (g) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra applikant mingħajr storja ta' operat minn qabel bħala suq ta' tkabbir tal-SME u, wara li jgħaddu tliet snin kalendarji, għandha tivverifika li hija konformi mal-proporzjon minimu ta' SMEs, kif iddeterminat skont l-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 78 2.
|
Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF ma għandhiex tirreġistra l-MTF bħala suq ta' tkabbir tal-SME sakemm ma tissodisfax li l-MTF:
(a)
stabbilixxiet u tapplika r-regoli li jipprovdu għal kriterji oġġettivi u trasparenti għall-ammissjoni għan-negozjar ta' emittenti fiċ-ċentru tagħha stess
(b)
għandha mudell ta' operat li huwa adegwat għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħha u tiżgura l-manteniment ta' negozjar ġust u ordnat fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fiċ-ċentru tagħha
(c)
stabbilixxiet u tapplika regoli li jeħtieġu emittent li jfittex ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tiegħu għan-negozjar fl-MTF, sabiex jippubblika, f'każijiet fejn id-Direttiva 2003/71/KE ma tapplikax, dokument adegwat ta' ammissjoni, imfassal taħt ir-responsabilità tal-emittent u li jistqarr b'mod ċar jekk ġiex approvat jew rivedut jew le u minn min
(d)
stabbilixxiet u tapplika regoli li jiddefinixxu l-kontenut minimu tad-dokument ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt (c), b'tali mod li tkun ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-investituri li tippermettilhom jagħmlu valutazzjoni informata tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent, u d-drittijiet annessi ma' dawn it-titoli
(e)
teħtieġ l-emittent sabiex jistqarr, fid-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c), jekk, fl-opinjoni tagħha, il-kapital ta' ħidma tagħha huwiex biżżejjed jew le għar-rekwiżiti preżenti tagħha jew, jekk le, kif tipproponi li tipprovdi il-kapital ta' ħidma addizzjonali meħtieġ
(f)
għamlet arranġamenti għad-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c) sabiex ikun soġġett għal reviżjoni adegwata dwar it-tlestija, il-konsistenza u s-sħuħija tagħha
(g)
teħtieġ li l-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha sabiex jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali fi żmien 6 xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, u rapporti finanzjarji ta' nofs is-sena fi żmien 4 xhur wara t-tmiem tal-ewwel 6 xhur ta' kull sena finanzjarja;
(h)
tiżgura t-tixrid ta' prospetti mfassla lill-pubbliku skont id-Direttiva 2003/71/KE, dokumenti ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt(c), rapporti finanzjarji msemmija taħt il-punt (g) u informazzjoni definita fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 żvelati pubblikament mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha, billi tippubblikahom fis-sit elettroniku tagħha, jew tipprovdi link diretta fuqha għall-paġna tas-sit elettroniku tal-emittenti fejn dokumenti, rapporti u informazzjoni bħal dawn huma ppubblikati;
(i)
tiżgura li l-informazzjoni regolatorja msemmija taħt il-punt(h) u links diretti jibqgħu disponibbli fis-sit elettroniku tagħha għal perjodu ta' mill-anqas ħames (5) snin;
▼M2
(j)
tirrikjedi li l-emittenti li jfittxu l-ammissjoni tal-ishma tagħhom għan-negozjar fuq il-pjattaforma tagħha għall-ewwel darba jallokaw ammont minimu tal-ishma maħruġa tagħhom disponibbli għan-negozjar fuq l-MTF, b'konformità ma' livell limitu li jiġi stabbilit mill-operatur tal-MTF u espress jew bħala valur assolut jew bħala perċentwal tal-kapital azzjonarju totali maħruġ.
L-operatur ta' MTF jista' jeżenta lill-emittenti li ma' għandhom l-ebda strument ta' ekwità nnegozjat fuq l-MTF mill-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji kull sitt xhur imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn l-operatur ta' MTF jeżerċita l-opzjoni skont l-ewwel sentenza ta' dan is-subparagrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex ttirrikjedi, għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, li l-emittenti li ma għandhom l-ebda strument ta' ekwità nnegozjat fuq l-MTF ikollhom l-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji kull sitt xhur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|