|
+Artikolu 78 2. |
Artikolu 78 2.Fir-rigward tal-kriterji stabbiliti fil-punti (b), (c), (d) u (f) tal-Artikolu 33(3) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-operatur tal-MTF ma għandhiex tirreġistra l-MTF bħala suq ta' tkabbir tal-SME sakemm ma tissodisfax li l-MTF:
(a)
stabbilixxiet u tapplika r-regoli li jipprovdu għal kriterji oġġettivi u trasparenti għall-ammissjoni għan-negozjar ta' emittenti fiċ-ċentru tagħha stess
(b)
għandha mudell ta' operat li huwa adegwat għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tagħha u tiżgura l-manteniment ta' negozjar ġust u ordnat fl-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar fiċ-ċentru tagħha
(c)
stabbilixxiet u tapplika regoli li jeħtieġu emittent li jfittex ammissjoni tal-istrumenti finanzjarji tiegħu għan-negozjar fl-MTF, sabiex jippubblika, f'każijiet fejn id-Direttiva 2003/71/KE ma tapplikax, dokument adegwat ta' ammissjoni, imfassal taħt ir-responsabilità tal-emittent u li jistqarr b'mod ċar jekk ġiex approvat jew rivedut jew le u minn min
(d)
stabbilixxiet u tapplika regoli li jiddefinixxu l-kontenut minimu tad-dokument ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt (c), b'tali mod li tkun ipprovduta biżżejjed informazzjoni lill-investituri li tippermettilhom jagħmlu valutazzjoni informata tal-pożizzjoni finanzjarja u l-prospetti tal-emittent, u d-drittijiet annessi ma' dawn it-titoli
(e)
teħtieġ l-emittent sabiex jistqarr, fid-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c), jekk, fl-opinjoni tagħha, il-kapital ta' ħidma tagħha huwiex biżżejjed jew le għar-rekwiżiti preżenti tagħha jew, jekk le, kif tipproponi li tipprovdi il-kapital ta' ħidma addizzjonali meħtieġ
(f)
għamlet arranġamenti għad-dokument ta' ammissjoni msemmi taħt il-punt (c) sabiex ikun soġġett għal reviżjoni adegwata dwar it-tlestija, il-konsistenza u s-sħuħija tagħha
(g)
teħtieġ li l-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha sabiex jippubblikaw rapporti finanzjarji annwali fi żmien 6 xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja, u rapporti finanzjarji ta' nofs is-sena fi żmien 4 xhur wara t-tmiem tal-ewwel 6 xhur ta' kull sena finanzjarja;
(h)
tiżgura t-tixrid ta' prospetti mfassla lill-pubbliku skont id-Direttiva 2003/71/KE, dokumenti ta' ammissjoni msemmija taħt il-punt(c), rapporti finanzjarji msemmija taħt il-punt (g) u informazzjoni definita fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 żvelati pubblikament mill-emittenti li t-titoli tagħhom huma nnegozjati fiċ-ċentru tagħha, billi tippubblikahom fis-sit elettroniku tagħha, jew tipprovdi link diretta fuqha għall-paġna tas-sit elettroniku tal-emittenti fejn dokumenti, rapporti u informazzjoni bħal dawn huma ppubblikati;
(i)
tiżgura li l-informazzjoni regolatorja msemmija taħt il-punt(h) u links diretti jibqgħu disponibbli fis-sit elettroniku tagħha għal perjodu ta' mill-anqas ħames (5) snin;
(j)
tirrikjedi li l-emittenti li jfittxu l-ammissjoni tal-ishma tagħhom għan-negozjar fuq il-pjattaforma tagħha għall-ewwel darba jallokaw ammont minimu tal-ishma maħruġa tagħhom disponibbli għan-negozjar fuq l-MTF, b'konformità ma' livell limitu li jiġi stabbilit mill-operatur tal-MTF u espress jew bħala valur assolut jew bħala perċentwal tal-kapital azzjonarju totali maħruġ. L-operatur ta' MTF jista' jeżenta lill-emittenti li ma' għandhom l-ebda strument ta' ekwità nnegozjat fuq l-MTF mill-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji kull sitt xhur imsemmija fil-punt (g) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Fejn l-operatur ta' MTF jeżerċita l-opzjoni skont l-ewwel sentenza ta' dan is-subparagrafu, l-awtorità kompetenti ma għandhiex ttirrikjedi, għall-finijiet tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, li l-emittenti li ma għandhom l-ebda strument ta' ekwità nnegozjat fuq l-MTF ikollhom l-obbligu li jippubblikaw rapporti finanzjarji kull sitt xhur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|