|
+Artikolu 80 2. |
Artikolu 80 2.Bil-għan li jiġi stabbilit jekk sospensjoni jew tneħħija hijiex probabbli li tikkawża dannu sinifikanti għall-interessi tal-investituri jew il-funzjonament ordnat tas-suq fi kwalunkwe każ partikolari, l-awtorità kompetenti nazzjonali, operatur fis-suq li jopera suq regolat jew ditta ta' investiment jew operatur tas-suq li għandu MTF jew OTF għandhom iqisu l-fatturi rilevanti kollha, inkluż:
(a)
ir-rilevanza tas-suq f'termini ta' likwidità fejn il-konsegwenzi tal-azzjonijiet x'aktarx li jkunu aktar sinifikanti fejn dawk is-swieq huma aktar rilevanti f'termini ta' likwidità milli fi swieq oħrajn;
(b)
in-natura tal-azzjoni prevista fejn l-azzjonijiet b'impatt sostnut jew dewwiemi fuq il-ħila tal-investituri sabiex jinnegozjaw strument finanzjarju fuq iċ-ċentri tan-negozjar, bħal tneħħijiet, x'aktarx li ser ikollhom impatt akbar fuq l-investituri milli azzjonijiet oħrajn;
(c)
l-effetti mnissla minn sospensjoni jew tneħħija ta' derivattivi, indiċijiet jew valutazzjonijiet komparattivi relatati biżżejjed li għalihom l-istrument imneħħi jew sospiż iservi bħala bażi jew kostitwent;
(d)
l-effetti ta' sospensjoni fuq l-interessi tal-utenti aħħarin tas-suq li mhumiex kontropartijiet finanzjarji, bħal entitajiet li jinnegozjaw fi strumenti finanzjarji għall-iħħeġġjar tar-riskji kummerċjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|