+Artikolu 83
---+Artikolu 83 1.
---+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 83 3.
---+Artikolu 83 4.
---+Artikolu 83 5.

Artikolu 83

Rappurtaġġ dwar il-pożizzjoni

(L-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 83 1.

Għall-għan tar-rapporti ta' kull ġimgħa msemmija fl-Art 58(1)a tad-Direttiva 2014/65/UE, l-obbligu għal ċentru tan-negozjar li jagħmel rapport bħal dan pubbliku għandu japplika meta t-tnejn miż-żewġ valutazzjonijiet ta' referenza li ġejjin jiġu ssodisfati:

(a) 

20 detentur ta' pożizzjoni miftuħa jeżistu f'kuntratt partikolari f'ċentru tan-negozjar partikolari; u

▼M3

(b) 

l-ammont assolut tal-volum gross twil jew qasir tat-total ta’ interess miftuħ espress fl-għadd ta’ lottijiet tad-derivattiv ta’ komodità rilevanti ikun daqs, jew jaqbeż, 10 000 lott.

Għall-kwoti tal-emissjonijiet u d-derivattivi tagħhom, il-punt (b) ma għandux japplika.

Artikolu 83 2.
Il-limitu stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu japplika bħala aggregat abbażi tal-kategoriji kollha ta' persuni irrispettivament min-numri ta' detenturi ta' pożizzjoni f'kull kategorija partikolari ta' persuni.
Artikolu 83 3.
Għall-kuntratti li jkun fihom inqas minn ħames detenturi ta’ pożizzjonijiet f’kategorija partikolari ta’ persuni, il-pożizzjonijiet aggregati twal u qosra, it-tibdil li jsir fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwal tal-interess totali miftuħ f’dik il-kategorija u l-għadd ta’ detenturi ta’ pożizzjonijiet f’dik il-kategorija ma għandhomx jiġu ppubblikati.
Artikolu 83 4.
Għall-kuntratti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għall-ewwel darba, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom jippubblikaw ir-rapport ta' kull ġimgħa tal-kuntratti mill-aktar fis prattikabbli, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 3 ġimgħat mid-data li fiha l-limiti huma l-ewwel attivati.
Artikolu 83 5.
Fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 mhumiex issodisfati aktar, iċ-ċentri tan-negozjar għandhom ikomplu jippubblikaw ir-rapporti ta' kull ġimgħa għal perjodu ta' tliet (3) xhur. L-obbligu tal-pubblikazzjoni tar-rapport ta' kull ġimgħa ma japplikax aktar fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma ġewx issodisfati b'mod kontinwu meta jiskadi dak il-perjodu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.