+Artikolu 86
---+Artikolu 86 1.
---+Artikolu 86 2.
---+Artikolu 86 3.

Artikolu 86

Obbligu li tiġi pprovduta data tas-suq fuq bażi mhux diskriminatorja

(L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 86 1.
L-APAs u s-CTPs għandhom jagħmlu d-data tas-suq disponibbli bl-istess prezz u bl-istess termini u kundizzjonijiet lill-konsumaturi kollha li jaqgħu fi ħdan l-istess kategorija skont il-kriterji objettivi ppubblikati.
Artikolu 86 2.

Kwalunkwe differenzjal fil-prezzijiet imposti fuq kategoriji differenti ta' konsumaturi għandu jkun proporzjonat għall-valur li d-data tas-suq tirrappreżenta lil dawk il-konsumaturi, filwaqt li jitqies:

(a) 

il-kamp tal-applikazzjoni u l-iskala tad-data tas-suq inkluż in-numru ta' strumenti finanzjarji koperti u l-volum tan-negozjar;

(b) 

l-użu tad-data tas-suq magħmul mill-konsumatur, inkluż jekk hijiex użata għall-attivitajiet tan-negozjar tal-konsumatur stess, għal bejgħ mill-ġdid jew għal aggregazzjoni tad-data.

Artikolu 86 3.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-APAs u s-CTPs għandu jkollhom kapaċitajiet skalabbli fis-seħħ sabiex jiżguraw li l-konsumaturi jistgħu jiksbu aċċess f'waqtu għad-data tas-suq f'kull ħin fuq bażi mhux diskriminatorja.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.