|
+Artikolu 89 2. |
Artikolu 89 2.L-iżvelar għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
lista tal-prezzijiet attwali, inkluż l-informazzjoni li ġejja:
(i)
tariffi għal kull wiri tal-utent;
(ii)
tariffi mhux tal-wiri;
(iii)
politiki ta' skont;
(iv)
tariffi assoċjati ma' kundizzjonijiet tal-liċenzja;
(v)
tariffi għal data tas-suq ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar;
(vi)
tariffi għal subsettijiet oħrajn ta' informazzjoni, inkluż dawk meħtieġa skont l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(vii)
termini u kundizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;
(b)
żvelar bil-quddiem b'minimu ta' avviż ta' 90 jum dwar bidliet futuri fil-prezzijiet;
(c)
informazzjoni dwar il-kontenut tad-data tas-suq inkluż l-informazzjoni li ġejja:
(i)
in-numru ta' strumenti koperti;
(ii)
il-fatturat totali ta' strumenti koperti;
(iii)
il-proporzjon tad-data tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;
(iv)
informazzjoni fuq kwalunkwe data pprovduta flimkien mad-data tas-suq;
(v)
id-data tal-aħħar adattament tat-tariffa tal-liċenzja għad-data tas-suq ipprovduta;
(d)
dħul miksub minn meta d-data tas-suq hija magħmula disponibbli u l-proporzjon ta' dak id-dħul imqabbel mad-dħul totali tal-APA jew is-CTP;
(e)
informazzjoni fuq kif il-prezz huwa mfassal, inkluż il-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-ispejjeż użati u informazzjoni dwar il-prinċipji speċifiċi skont liema huma allokati l-ispejjeż konġunti u varjabbli u huma mqassmin l-ispejjeż konġunti fissi, bejn il-produzzjoni u t-tixrid tad-data tas-suq u servizzi oħrajn ipprovduti mill-APAs u s-CTPs. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|