+Artikolu 89
---+Artikolu 89 1.
---+Artikolu 89 2.
|
Artikolu 89
Obbligu ta' trasparenza (L-Artikolu 64(1) u 65(1) tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 89 1.
|
L-APAs u s-CTPs għandhom jiżvelaw u jagħmlu disponibbli b'mod faċli lill-pubbliku il-prezz u termini u kundizzjonijiet oħrajn għad-dispożizzjoni tad-data tas-suq b'mod li huma aċċessibbli b'mod faċli.
|
|
Artikolu 89 2.
|
L-iżvelar għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
lista tal-prezzijiet attwali, inkluż l-informazzjoni li ġejja:
(i)
tariffi għal kull wiri tal-utent;
(iv)
tariffi assoċjati ma' kundizzjonijiet tal-liċenzja;
(v)
tariffi għal data tas-suq ta' qabel in-negozjar u wara n-negozjar;
(vi)
tariffi għal subsettijiet oħrajn ta' informazzjoni, inkluż dawk meħtieġa skont l-istandards tekniċi regolatorji skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
(vii)
termini u kundizzjonijiet kuntrattwali oħrajn;
(b)
żvelar bil-quddiem b'minimu ta' avviż ta' 90 jum dwar bidliet futuri fil-prezzijiet;
(c)
informazzjoni dwar il-kontenut tad-data tas-suq inkluż l-informazzjoni li ġejja:
(i)
in-numru ta' strumenti koperti;
(ii)
il-fatturat totali ta' strumenti koperti;
(iii)
il-proporzjon tad-data tas-suq ta' qabel in-negozjar u ta' wara n-negozjar;
(iv)
informazzjoni fuq kwalunkwe data pprovduta flimkien mad-data tas-suq;
(v)
id-data tal-aħħar adattament tat-tariffa tal-liċenzja għad-data tas-suq ipprovduta;
(d)
dħul miksub minn meta d-data tas-suq hija magħmula disponibbli u l-proporzjon ta' dak id-dħul imqabbel mad-dħul totali tal-APA jew is-CTP;
(e)
informazzjoni fuq kif il-prezz huwa mfassal, inkluż il-metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-ispejjeż użati u informazzjoni dwar il-prinċipji speċifiċi skont liema huma allokati l-ispejjeż konġunti u varjabbli u huma mqassmin l-ispejjeż konġunti fissi, bejn il-produzzjoni u t-tixrid tad-data tas-suq u servizzi oħrajn ipprovduti mill-APAs u s-CTPs.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|