+Artikolu 90
---+Artikolu 90 1.
---+Artikolu 90 2.

Artikolu 90

Determinazzjoni tal-importanza sostanzjali tal-operazzjonijiet ta' ċentru tan-negozjar fi Stat Membru ospitanti

(L-Artikolu 79(2) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 90 1.

Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta' suq irregolat fi Stat Membru ospitanti jkunu ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni tal-investituri f'dak l-Istat ospitanti fejn jiġi ssodisfatt għallinqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

l-Istat Membru ospitant kien preċedentement l-Istat Membru tad-domiċilju tas-suq regolat inkwistjoni;

(b) 

is-suq regolat inkwistjoni akkwista permezz ta' fużjoni, akkwiżizzjoni, jew kull forma oħra ta' trasferiment tan-negozju sħiħ jew parti minnu ta' suq regolat li qabel kien imħaddem minn operatur tas-suq li kellu l-uffiċċju reġistrat jew uffiċċju prinċipali fl-Istat Membru ospitanti.

Artikolu 90 2.

Għandu jitqies li l-operazzjonijiet ta' MTF jew OTF fi Stat Membru ospitanti jkunu ta' importanza sostanzjali għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli u għall-protezzjoni ta' l-investituri f'dak l-Istat ospitanti fejn mill-anqas wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jiġi sodisfatt fir-rigward ta' dik l-MTF jew l-OTF u mill-anqas jiġi sodisfatt wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

qabel ma waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 isseħħ fir-rigward tal-MTF jew l-OTF, iċ-ċentru tan-negozjar kellu sehem mis-suq ta' mill-anqas 10 % tan-negozjar f'termini tal-fatturat totali f'termini monetarji fin-negozjar fiċ-ċentru u negozjar ta' internalizzatur sistematiku fl-Istat Membru ospitanti f'mill-anqas klassi ta' assi soġġett għall-obbligi ta' trasparenza tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;

(b) 

l-MTF jew l-OTF huma rreġistrati bħala suq ta' tkabbir tal-SME.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.