|
+Artikolu 16 Tanżazzjonijiet ta' valur baxx |
Artikolu 16 Tanżazzjonijiet ta' valur baxxArtikolu 16 Tanżazzjonijiet ta' valur baxx Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom jitħallew ma japplikawx l-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur meta l-pagatur jibda tranżazzjoni ta' pagament elettroniku mill-bogħod diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-ammont tat-tranżazzjoni ta' pagament elettroniku mill-bogħod ma jaqbiżx EUR 30; u
(b)
l-ammont kumulattiv ta' tranżazzjonijiet ta' pagament elettroniku mill-bogħod preċedenti mibdija mill-pagatur mill-aħħar applikazzjoni tal-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur ma jaqbiżx EUR 100; jew
(c)
l-għadd ta' tranżazzjonijiet ta' pagament elettroniku mill-bogħod preċedenti mibdija mill-pagatur mill-aħħar applikazzjoni tal-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur ma jaqbiżx ħames (5) tranżazzjonijiet ta' pagamenti elettroniċi mill-bogħod konsekuttivi u individwali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|