|
+Artikolu 18 3. |
Artikolu 18 3.Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li beħsiebhom jeżentaw tranżazzjonijiet ta' pagament elettroniku mill-bogħod minn awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur minħabba li dawn joħolqu riskju baxx għandhom tal-inqas iqisu l-fatturi bbażati fuq ir-riskju li ġejjin:
(a)
il-mudelli preċedenti ta' nfiq tal-utent ta' servizzi ta' pagament individwali;
(b)
l-istorja tat-tranżazzjoni ta' pagament ta' kull utent ta' servizzi ta' pagament tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament;
(c)
il-post tal-pagatur u tal-benefiċjarju fil-ħin tat-tranżazzjoni ta' pagament f'każijiet fejn l-apparat jew is-softwer tal-aċċess jiġu pprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament;
(d)
l-identifikazzjoni ta' mudelli ta' pagament anormali tal-utent ta' servizzi ta' pagament fir-rigward tal-istorja tat-tranżazzjoni ta' pagament tal-utent. Il-valutazzjoni li ssir minn fornitur ta' servizzi ta' pagament għandha tikkombina dawk il-fatturi kollha bbażati fuq ir-riskju fl-għoti tal-punti tar-riskju għal kull tranżazzjoni individwali sabiex jiġi ddeterminat jekk pagament speċifiku jenħtieġx li ikun permess mingħajr awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|