+Artikolu 18 Analiżi tar-riskju tat-tranżazzjoni
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
|
Artikolu 18 Analiżi tar-riskju tat-tranżazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' tranżazzjoni għandhom jitħallew ma japplikawx l-awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur meta l-pagatur jibda tranżazzjoni ta' pagament elettroniku mill-bogħod, identifikata mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament bħala li toħloq livell ta' riskju baxx skont il-mekkaniżmi li jissorveljaw it-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 u fil-paragrafu 2(c) ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 18 2.
|
Tranżazzjoni ta' pagament elettroniku msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li timponi livell baxx ta' riskju meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ir-rata tal-frodi għal dik it-tip ta' tranżazzjoni, irrappurtata mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament u kkalkulata skont l-Artikolu 19, tkun ekwivalenti għal jew inqas mir-rati tal-frodi ta' referenzi speċifikati fit-tabella stabbilita fl-Anness għal “pagamenti elettroniċi mill-bogħod b'kard” u “trasferimenti ta' kreditu b'mod elettroniku mill-bogħod” rispettivament;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ma jaqbiżx il-Valur ta' Limitu tal-Eżenzjoni (Exemption Threshold Value - “ETV”) rilevanti speċifikat fit-tabella stabbilita fl-Anness;
(c)
il-fornituri ta' servizzi ta' pagament b'riżultat tat-twettiq ta' analiżi tar-riskju f'ħin reali ma jkunux identifikaw xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
infiq jew imġiba anormali tal-pagatur;
(ii)
informazzjoni mhux tas-soltu dwar l-aċċess tal-apparat/tas-softwer tal-pagatur;
(iii)
infezzjoni malwer fi kwalunkwe sessjoni tal-proċedura ta' awtentikazzjoni;
(iv)
xenarju magħruf ta' frodi fl-għoti ta' servizzi ta' pagament;
(v)
post anormali tal-pagatur;
(vi)
post ta' riskju għoli tal-benefiċjarju.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li beħsiebhom jeżentaw tranżazzjonijiet ta' pagament elettroniku mill-bogħod minn awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur minħabba li dawn joħolqu riskju baxx għandhom tal-inqas iqisu l-fatturi bbażati fuq ir-riskju li ġejjin:
(a)
il-mudelli preċedenti ta' nfiq tal-utent ta' servizzi ta' pagament individwali;
(b)
l-istorja tat-tranżazzjoni ta' pagament ta' kull utent ta' servizzi ta' pagament tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament;
(c)
il-post tal-pagatur u tal-benefiċjarju fil-ħin tat-tranżazzjoni ta' pagament f'każijiet fejn l-apparat jew is-softwer tal-aċċess jiġu pprovduti mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament;
(d)
l-identifikazzjoni ta' mudelli ta' pagament anormali tal-utent ta' servizzi ta' pagament fir-rigward tal-istorja tat-tranżazzjoni ta' pagament tal-utent.
Il-valutazzjoni li ssir minn fornitur ta' servizzi ta' pagament għandha tikkombina dawk il-fatturi kollha bbażati fuq ir-riskju fl-għoti tal-punti tar-riskju għal kull tranżazzjoni individwali sabiex jiġi ddeterminat jekk pagament speċifiku jenħtieġx li ikun permess mingħajr awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|