+Artikolu 20 Twaqqif tal-eżenzjonijiet abbażi ta' analiżi tar-riskju tat-tranżazzjoni
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 4.
|
Artikolu 20 Twaqqif tal-eżenzjonijiet abbażi ta' analiżi tar-riskju tat-tranżazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jużaw eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 18 għandhom immedjatament jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti meta waħda mir-rati tal-frodi ssorveljati tagħhom, għal kwalunkwe tip ta' tranżazzjoni ta' pagament indikat fit-tabella stabbilita fl-Anness, taqbeż ir-rata tal-frodi ta' referenza applikabbli u għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti deskrizzjoni tal-miżuri li huma beħsiebhom jadottaw biex jerġgħu jistabbilixxu l-konformità tar-rata tal-frodi ssorveljata tagħhom mar-rati tal-frodi ta' referenza applikabbli.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament għandhom immedjatament jieqfu milli jużaw l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 18 għal kwalunkwe tip ta' tranżazzjoni ta' pagament indikat fit-tabella stabbilita fl-Anness fil-firxa speċifika tal-livell limitu tal-eżenzjoni meta r-rata tal-frodi ssorveljata tagħhom teċċedi għal żewġ trimestri konsekuttivi r-rata tal-frodi ta' referenza applikabbli għal dak l-istrument ta' pagament jew it-tip ta' tranżazzjoni ta' pagament f'dik il-firxa tal-livell limitu tal-eżenzjoni.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Wara l-waqfien tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 18 skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma għandhomx jerġgħu jużaw dik l-eżenzjoni, sakemm ir-rata tal-frodi tagħhom ikkalkulata ma tkunx ekwivalenti għal, jew tkun inqas mir-rati tal-frodi ta' referenza applikabbli għal dik it-tip ta' tranżazzjoni ta' pagament f'dik il-firxa tal-livell limitu tal-eżenzjoni għal perjodu wieħed ta' tliet xhur.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Meta l-fornituri ta' servizzi ta' pagament ikunu beħsiebhom jerġgħu jużaw l-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 18, dawn għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien raġonevoli u qabel ma jerġgħu jużaw l-eżenzjoni, għandhom jipprovdu evidenza tar-restawr tal-konformità tar-rata tal-frodi ssorveljata tagħhom mar-rata tal-frodi ta' referenza applikabbli għal dik il-firxa tal-livell limitu tal-eżenzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|