|
+Artikolu 30 1. |
Artikolu 30 1.Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont li joffru lil pagatur kont ta' pagament li jkun aċċessibbli onlajn, għandu jkollhom fis-seħħ tal-inqas interfaċċja waħda li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard jistgħu jidentifikaw lilhom infushom quddiem il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont;
(b)
il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet jistgħu jikkomunikaw b'mod sikur biex jitolbu u jirċievu informazzjoni dwar wieħed mill-kontijiet ta' pagament magħżula u tranżazzjonijiet ta' pagament assoċjati jew aktar;
(c)
il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jistgħu jikkomunikaw b'mod sikur biex jibdew ordni ta' pagament mill-kont tal-pagament tal-pagatur u jirċievu l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta' pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|