+Artikolu 30 Obbligi ġenerali għall-interfaċċji tal-aċċess
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 4a.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
|
Artikolu 30 Obbligi ġenerali għall-interfaċċji tal-aċċess
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont li joffru lil pagatur kont ta' pagament li jkun aċċessibbli onlajn, għandu jkollhom fis-seħħ tal-inqas interfaċċja waħda li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard jistgħu jidentifikaw lilhom infushom quddiem il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont;
(b)
il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet jistgħu jikkomunikaw b'mod sikur biex jitolbu u jirċievu informazzjoni dwar wieħed mill-kontijiet ta' pagament magħżula u tranżazzjonijiet ta' pagament assoċjati jew aktar;
(c)
il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jistgħu jikkomunikaw b'mod sikur biex jibdew ordni ta' pagament mill-kont tal-pagament tal-pagatur u jirċievu l-informazzjoni kollha dwar il-bidu tat-tranżazzjoni ta' pagament u l-informazzjoni kollha aċċessibbli għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament.
|
|
Artikolu 30 2.
|
Għall-finijiet tal-awtentikazzjoni tal-utent ta' servizzi ta' pagament, l-interfaċċja msemmija fil-paragrafu 1, għandha tippermetti lill-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u lill-fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jibbażaw fuq il-proċeduri kollha tal-awtentikazzjoni pprovduti mingħand il-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont lill-utent ta' servizzi ta' pagament. L-interfaċċja għandha mill-inqas tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jew fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet għandu jkun kapaċi jagħti istruzzjonijiet lill-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont biex jibda l-awtentikazzjoni abbażi tal-kunsens tal-utent ta' servizzi ta' pagament;
(b)
is-sessjonijiet ta' komunikazzjoni bejn il-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont, il-fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u kwalunkwe utent ta' servizzi ta' pagament ikkonċernat għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma tul l-awtentikazzjoni;
(c)
l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà u tal-kodiċijiet tal-awtentikazzjoni trażmessi mill-fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jew mill-fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet jew permezz tagħhom għandhom jiġu żgurati.
|
|
Artikolu 30 3.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li l-interfaċċji tagħhom isegwu standards ta' komunikazzjoni li jinħarġu minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew Ewropej tal-istandardizzazzjoni. Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jiżguraw ukoll li l-ispeċifikazzjoni teknika ta' kwalunkwe interfaċċja tiġi ddokumentata billi jiġi speċifikat sett ta' rutini, protokolli u għodod meħtieġa mill-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament, mill-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard biex jippermettu lis-softwer u l-applikazzjonijiet tagħhom joperaw flimkien mas-sistemi tal-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont. Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom bħala minimu u mhux inqas minn sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(2), jew qabel id-data mmirata għat-tnedija tas-suq tal-interfaċċja tal-aċċess meta t-tnedija ssir wara d-data msemmija fl-Artikolu 38(2), jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, mingħajr ħlas, fuq talba tal-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' bidu ta' pagament, tal-fornituri awtorizzati ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u tal-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard jew fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' pagament li applikaw mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-awtorizzazzjoni rilevanti u għandhom jagħmlu sommarju tad-dokumentazzjoni disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħhom.
|
|
Artikolu 30 4.
|
Flimkien mal-paragrafu 3, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jiżguraw li, minbarra f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-interfaċċja tagħhom issir disponibbli għall-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' bidu ta' pagament, il-fornituri awtorizzati ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard jew il-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' pagament li jkunu applikaw mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-awtorizzazzjoni rilevanti, bil-quddiem mill-aktar fis possibbli u mhux inqas minn tliet (3) xhur qabel ma tiġi implimentata l-bidla. Il-fornituri ta' servizz ta' pagament għandhom jiddokumentaw sitwazzjonijiet ta' emerġenza meta jkunu ġew implimentati bidliet u jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.
|
|
Artikolu 30 4a.
|
Bħala deroga mill-paragrafu 4, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jamministraw il-kont għandhom iqiegħdu l-bidliet magħmula fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interfaċċi tagħhom għad-dispożizzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament imsemmija f’dan l-Artikolu sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 10a mhux inqas minn xahrejn qabel ma jiġu implimentati tali bidliet.
|
|
Artikolu 30 5.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jagħmlu disponibbli faċilità tal-ittestjar, inkluż l-appoġġ, għall-ittestjar tal-konnessjoni u dak funzjonali sabiex jippermettu lill-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' bidu ta' pagament, il-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' pagament li joħorġu għodod ta' pagament b'kard u l-fornituri awtorizzati ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet jew il-fornituri awtorizzati ta' servizzi ta' pagament li jkunu applikaw għall-awtorizzazzjoni rilevanti biex jittestjaw is-softwer u l-applikazzjonijiet tagħhom użati biex joffru servizz ta' pagament lill-utenti. Il-faċilità tal-ittestjar jenħtieġ li ssir disponibbli sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(2) jew qabel id-data fil-mira għat-tnedija tas-suq tal-interfaċċja tal-aċċess meta t-tnedija ssir wara d-data msemmija fl-Artikolu 38(2). Madankollu, ma għandha tiġi kondiviża l-ebda informazzjoni sensittiva permezz tal-faċilità tal-ittestjar.
|
|
Artikolu 30 6.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont jikkonformaw il-ħin kollu mal-obbligi inklużi f'dawn l-istandards fir-rigward tal-interfaċċja(i) li huma daħħlu fis-seħħ. F'każ li fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont jonqos milli jikkonforma mar-rekwiżiti għall-interfaċċji stipulati f'dawn l-istandards, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-għoti tas-servizzi ta' bidu ta' pagament u s-servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet ma jitwaqqafx jew jiġi mxekkel sal-punt li l-fornituri rispettivi ta' tali servizzi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ddefiniti skont l-Artikolu 33(5).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|