|
+Artikolu 30 2. |
Artikolu 30 2.Għall-finijiet tal-awtentikazzjoni tal-utent ta' servizzi ta' pagament, l-interfaċċja msemmija fil-paragrafu 1, għandha tippermetti lill-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u lill-fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jibbażaw fuq il-proċeduri kollha tal-awtentikazzjoni pprovduti mingħand il-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont lill-utent ta' servizzi ta' pagament. L-interfaċċja għandha mill-inqas tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jew fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet għandu jkun kapaċi jagħti istruzzjonijiet lill-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont biex jibda l-awtentikazzjoni abbażi tal-kunsens tal-utent ta' servizzi ta' pagament;
(b)
is-sessjonijiet ta' komunikazzjoni bejn il-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont, il-fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u kwalunkwe utent ta' servizzi ta' pagament ikkonċernat għandhom jiġu stabbiliti u miżmuma tul l-awtentikazzjoni;
(c)
l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà u tal-kodiċijiet tal-awtentikazzjoni trażmessi mill-fornitur ta' servizzi ta' bidu ta' pagament jew mill-fornitur ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet jew permezz tagħhom għandhom jiġu żgurati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|