+Artikolu 32 Obbligi għal interfaċċja ddedikata
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.
---+Artikolu 32 3.
---+Artikolu 32 4.
|
Artikolu 32 Obbligi għal interfaċċja ddedikata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 32 1.
|
Soġġett għall-konformità mal-Artikoli 30 u 31, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont li jkunu implimentaw interfaċċja ddedikata għandhom jiżguraw li l-interfaċċja ddedikata toffri l-ħin kollu l-istess livell ta' disponibbiltà u prestazzjoni, inkluż l-appoġġ, bħall-interfaċċji magħmulin disponibbli għall-utent ta' servizzi ta' pagament għall-aċċess dirett għall-kont ta' pagament tiegħu onlajn.
|
|
Artikolu 32 2.
|
Fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont li jkunu implimentaw interfaċċja ddedikata għandhom jiddefinixxu indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin trasparenti u miri tal-livell tas-servizz, tal-inqas stretti daqs dawk stabbiliti għall-interfaċċja użata mill-utenti ta' servizzi ta' pagament tagħhom kemm f'termini ta' disponibbiltà kif ukoll f'termini ta' data mogħtija skont l-Artikolu 36. Dawn l-interfaċċji, l-indikaturi u l-miri għandhom jiġu ssorveljati mill-awtoritajiet kompetenti u ttestjati għall-istress.
|
|
Artikolu 32 3.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont li jkunu implimentaw interfaċċja ddedikata għandhom jiżguraw li din l-interfaċċja ma toħloqx ostakoli għall-għoti ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet. Tali ostakoli, jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, il-prevenzjoni tal-użu mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament imsemmija fl-Artikolu 30(1) tal-kredenzjali maħruġa mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont lill-konsumaturi tagħhom, l-impożizzjoni tar-ridirezzjonar għall-awtentikazzjoni jew funzjonijiet oħrajn tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont, jintalbu awtorizzazzjonijiet u reġistrazzjonijiet addizzjonali apparti dawk previsti fl-Artikoli 11, 14 u 15 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, jew jintalbu verifiki addizzjonali tal-kunsens mogħti mill-utenti ta' servizzi ta' pagament lil fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u servizzi ta' informazzjoni dwar il-kontijiet.
|
|
Artikolu 32 4.
|
Għall-finijiet tal-paragarafi 1 u 2, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jissorveljaw id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tal-interfaċċja ddedikata. Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom statistika trimestrali dwar id-disponibbiltà u l-prestazzjoni tal-interfaċċja ddedikata u tal-interfaċċja użata mill-utenti ta' servizzi ta' pagament tagħha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|