+Artikolu 35 Sigurtà tas-sessjoni ta' komunikazzjoni
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.
|
Artikolu 35 Sigurtà tas-sessjoni ta' komunikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont, il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard, il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament għandhom jiżguraw li, meta jiskambjaw data permezz tal-Internet, jiġi applikat kriptaġġ sikur bejn il-partijiet ta' komunikazzjoni tul is-sessjoni ta' komunikazzjoni rispettiva sabiex jiġu ssalvagwardjati l-kunfidenzjalità u l-integrità tad-data, bl-użu ta' tekniki ta' kriptaġġ qawwija u ġeneralment rikonoxxuti.
|
|
Artikolu 35 2.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard, il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament għandhom iżommu s-sessjonijiet ta' aċċess offruti mill-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont kemm jista' jkun qosra u dawn għandhom attivament itemmu kwalunkwe sessjoni bħal din malli titlesta l-azzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 35 3.
|
Meta jsiru sessjonijiet ta' netwerk paralleli mal-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont, il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet u l-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament għandhom jiżguraw li dawk is-sessjonijiet ikunu konnessi b'mod sikur mas-sessjonijiet rilevanti stabbiliti mal-utent(i) tas-servizzi ta' pagament sabiex tiġi evitata l-possibblità li kwalunkwe messaġġ jew informazzjoni kkomunikati bejniethom jiġu direzzjonati ħażin.
|
|
Artikolu 35 4.
|
Il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard mal-fornitur ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxi l-kont, għandhom jinkludu referenzi mingħajr ambigwità f'kull waħda mill-entrati li ġejjin:
(a)
l-utent jew l-utenti ta' servizzi ta' pagament u s-sessjoni ta' komunikazzjoni korrispondenti sabiex issir distinzjoni bejn diversi talbiet mill-istess utent jew utenti ta' servizzi ta' pagament;
(b)
għal servizzi ta' bidu ta' pagament, it-tranżazzjoni ta' pagament identifikata b'mod uniku mibdija;
(c)
għal konferma dwar id-disponibbiltà tal-fondi, it-talba identifikata b'mod adegwat marbuta mal-ammont meħtieġ għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta' pagament b'kard.
|
|
Artikolu 35 5.
|
Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament li jiġġestixxu l-kont, il-fornituri ta' servizz ta' informazzjoni dwar il-kontijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' bidu ta' pagament u l-fornituri ta' servizzi ta' pagament li joħorġu strumenti ta' pagament b'kard għandhom jiżguraw li meta dawn jikkomunikaw kredenzjali personalizzati ta' sigurtà u kodiċijiet tal-awtentikazzjoni, dawn fl-ebda ħin ma jkunu jistgħu jinqraw, direttament jew indirettament, minn xi membru tal-persunal. F'każ ta' nuqqas ta' kunfidenzjalità ta' kredenzjali personalizzati ta' sigurtà fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, dawn il-fornituri għandhom jinfurmaw bla telf ta' żmien lill-utent ta' servizzi ta' pagament assoċjati magħhom u lill-emittent tal-kredenzjali personalizzati ta' sigurtà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0389
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|