+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“trasferiment ta’ kreditu” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għall-ikkreditjar tal-kont tal-pagament ta’ benefiċjarju bi tranżazzjoni ta’ pagament jew sensiliet ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament mill-kont tal-pagament ta’ min iħallas mill-PSP li jżomm il-kont ta’ pagament ta’ min iħallas, fuq il-bażi ta’ struzzjoni mogħtija minn min iħallas;

▼M2

(1a) 

“trasferiment ta’ kreditu istantanju” tfisser trasferiment ta’ kreditu li jiġi eżegwit immedjatament, 24 siegħa kuljum u fi kwalunkwe jum kalendarju;

(1b) 

“mezz ta” bidu ta’ pagament’ tfisser kwalunkwe metodu, apparat jew proċedura li permezz tagħhom pagaturi jistgħu jagħmlu ordnijiet ta’ ħlas mal-PSP tagħhom għal trasferiment ta’ kreditu, inkluż servizzi bankarji online, applikazzjoni bankarja mobbli, magna awtomatizzata għall-ġbid tal-flus, jew bi kwalunkwe mod ieħor fil-bini tal-PSP;

(1c) 

“fornitur ta” servizzi ta’ bidu ta’ pagament’ tfisser fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (18), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(1d) 

“isem il-benefiċjarju” tfisser, fir-rigward ta’ persuna fiżika, l-isem u l-kunjom u, fir-rigward ta’ persuna ġuridika, l-isem kummerċjali jew ġuridiku;

(1e) 

“miżura restrittiva finanzjarja mmirata’ tfisser iffriżar tal-assi impost fuq persuna, korp jew entita’ jew projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuna, korp jew entita, jew għall-benefiċċju tagħha, direttament jew indirettament, skont miżuri restrittivi adottati f’konformità mal-Artikolu 215 TFUE;

(1f) 

“Identifikatur ta’ Entità Ġuridika” jew ‘LEI” tfisser kodiċi uniku ta’ referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO 17442 mogħti lil entità ġuridika;

▼B

(2) 

“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament nazzjonali jew transkonfinali għad-debitu ta’ kont ta’ pagament ta’ min iħallas, meta tranżazzjoni ta’ pagament tinbeda mill-benefiċjarju abbażi tal-kunsens ta’ min iħallas;

(3) 

“min iħallas” tfisser pesuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont ta’ pagament u tippermetti ordni ta’ pagament minn dak il-kont ta’ pagament, jew, kont ta’ pagament fejn ma jkun hemm l-ebda kont ta’ pagament ta’ min iħallas, tkun persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni ta’ pagament għall-kont ta’ pagament ta’ benefiċjarju;

(4) 

“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u li tkun ir-reċipjent intiż tal-fondi li kienu s-suġġett tat-tranżazzjoni ta’ pagamenti;

▼M2

(5) 

“kont tal-pagament” tfisser kont ta’ pagament kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (12), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

▼B

(6) 

“sistema ta’ pagament” tfisser sistema ta’ trasferiment ta’ fondi b’arranġamenti formali u standardizzati u regoli komuni għall-ipproċessar, l-ikklerjar jew saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament;

(7) 

“skema ta’ pagamenti” tfisser sett uniku ta’ regoli, prassi u standards u/jew linji gwida ta’ implimentazzjoni miftiehma bejn il-PSPs għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti madwar l-Unjoni u fl-Istati Membri, u li tkun separata minn kwalunkwe infrastruttura jew sistema ta’ pagament li ssostni t-tħaddim tagħha;

(8) 

“PSP” tfisser fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jaqa’ taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2007/64/KE u l-persuni ġuridiċi u fiżiċi msemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2007/64/KE, iżda esklużi l-korpi elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu ( 3 ) li jibbenefikaw minn rinunzja skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/64/KE;

(9) 

“PSU” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel użu minn servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ min iħallas jew ta’ benefiċjarju;

(10) 

“tranżazzjoni ta’ pagament” tfisser azzjoni ta’ trasferiment ta’ fondi bejn kontijiet tal-pagament fl-Unjoni, mibdija minn min iħallas jew mill-benefiċjarju, irrispettivament minn kwalunkwe obbligu sottostanti bejn min iħallas u l-benefiċjarju;

(11) 

“ordni ta’ pagament” tfisser struzzjoni minn min iħallas jew mill-benefiċjarju lill-PSP tiegħu li titlob it-twettiq ta’ tranżazzjoni ta’ pagament;

(12) 

“tariffa tal-interkambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-PSPs ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju għal tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett;

(13) 

“MIF” tfisser tariffa tal-interkambju multilaterali li hija suġġetta għal arranġament bejn iktar minn żewġ PSPs;

(14) 

“BBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont tal-pagament, li mingħajr ambigwità jidentifika kont ta’ pagament individwali b’PSP fi Stat Membru u li jista’ jintuża biss għal tranżazzjonijiet nazzjonali ta’ pagament filwaqt li l-istess kont ta’ pagament ikun identifikat mill-IBAN għal tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali;

(15) 

“IBAN” tfisser identifikatur tan-numru tal-kont ta’ pagament internazzjonali, li mingħajr ambigwità jidentifika kont tal-pagament individwali fi Stat Membru, li l-elementi tiegħu huma speċifikati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO);

(16) 

“BIC” tfisser kodiċi tal-identifikazzjoni tan-negozju li b’mod mhux ambigwu jidentifika PSP, li l-elementi tiegħu huma speċifikati bl-ISO;

(17) 

“L-istandard ISO 20022 XML” tfisser standard għall-iżvilupp ta’ messaġġi finanzjarji elettroniċi kif definiti mill-ISO, li jkopri r-rappreżentazzjoni fiżika tat-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-sintassi XML, skont ir-regoli tan-negozju u l-linji gwida tal-implimentazzjoni ta’ skemi għall-Unjoni kollha għal tranżazzjonijiet ta’ pagament li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;

(18) 

“sistema ta’ pagament ta’ valur għoli” tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha hu li tipproċessa, tiklerja jew tħallas tranżazzjonijiet ta’ pagament ta’ prijorità għolja u ta’ urġenza, u primarjament ta’ kwantità kbira;

(19) 

“id-data tal-ħlas” tfisser data li fiha l-obbligi rigward it-trasferiment ta’ fondi jitwettqu bejn il-PSP ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju;

(20) 

“ġbir” tfisser parti minn debitu dirett li tibda mill-inizjazzjoni tiegħu mill-benefiċjarju sa tmiem it-tranżazzjoni permezz ta’ debitu normali tal-kont ta’ pagament ta’ min iħallas;

(21) 

“mandat” tfisser l-espressjoni ta’ kunsens u awtorizzazzjoni mogħtija minn min iħallas lill-benefiċjarju u (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju) lill-PSP ta’ min iħallas biex jippermetti lill-benefiċjarju jibda jiġbor id-debitu tal-kont tal-pagament speċifikat ta’ min iħallas u biex il-PSP ta’ min iħallas ikun jista’ jikkonforma ma’ tali istruzzjonijiet;

▼M2

(22) 

“sistema ta” pagament bl-imnut’ tfisser sistema ta’ pagament li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipproċessa, tikklerja jew issalda trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti li huma primarjament ta’ ammont żgħir, u li mhijiex sistema ta’ pagament ta’ valur għoli;

▼B

(23) 

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz tal-pagament, tkun intrapriża kif definita fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ( 4 );

(24) 

“konsumatur” tfisser persuna naturali li taġixxi għal għanijiet li mhumiex ta’ kummerċ, negozju jew professjoni fil-kuntratti ta’ servizz ta’ pagament;

(25) 

“tranżazzjoni-R” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament li ma tistax tkun eżegwita kif suppost minn PSP jew li tirriżulta fi proċessar ta’ eċċezzjoni, inter alia minħabba nuqqas ta’ fondi, revoka, ammont ħażin jew data ħażina, nuqqas ta’ mandat jew kont ħażin jew magħluq;

(26) 

“tranżazzjoni ta’ pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;

(27) 

“tranżazzjoni ta’ pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ pagament mibdija minn min se jħallas jew minn benefiċjarju, fejn il-PSP ta’ min se jħallas u l-PSP tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;

(28) 

“parti ta’ referenza” tfisser persuna naturali jew legali li f’ isimha, min iħallas jagħmel pagament jew benefiċjarju jirċievi pagament.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.