+Artikolu 4 Interoperabilità
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
|
Artikolu 4 Interoperabilità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
L-iskemi ta’ pagament li se jintużaw mill-PSPs bl-iskop li jitwettqu trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti għandhom ikunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-regoli tagħhom ikunu l-istess għat-tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu fl-Unjoni u b’ mod simili għal tranżazzjonijiet nazzjonali jew transkonfinali ta’ debiti diretti fl-Unjoni; u
(b)
il-parteċipanti fl-iskema ta’ pagament jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-PSPs fi ħdan il-maġġoranza tal-Istati Membri, u jikkostitwixxu maġġoranza tal-PSPs fl-Unjoni, filwaqt li jitqiesu biss il-PSPs li jipprovdu trasferimenti ta’ kreditu jew debiti diretti rispettivament.
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju mhu konsumatur, huma biss l-Istati Membri fejn tali servizzi jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-PSPs u PSPs biss li jipprovdu servizzi bħal dawn għandhom jitqiesu.
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-operatur jew, fin-nuqqas ta’ operatur formali, il-parteċipanti f’sistema ta’ pagamenti bl-imnut fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ pagament tagħhom tkun teknikament interoperabbli ma’ sistemi oħra ta’ pagament tal-konsumatur fl-Unjoni permezz tal-użu ta’ standards żviluppati minn korpi tal-istandardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn hekk, huma m’għandhomx jadottaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabilità ma’ sistemi oħra ta’ pagament bl-imnut fl-Unjoni. Is-sistemi ta ’ pagament imsemmija fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (
5
) għandhom ikunu obbligati biss jiżguraw l-interoperabilità teknika ma’ sistemi ta’ pagament oħra magħżula taħt l-istess Direttiva.
|
|
Artikolu 4 3.
|
L-ipproċessar tat-trasferimenti tal-kreditu u d-debiti diretti ma għandux jiġi mfixkel b’ostakli tekniċi.
|
|
Artikolu 4 4.
|
Is-sid tal-iskema ta’ pagament, jew fejn ma jkunx hemm sid formali tal-iskema ta’ pagament, il-parteċipant ewlieni ta’ skema ta’ pagament bl-imnut ġdida li qed tidħol fis-suq li jkollha parteċipanti f’tal-inqas tmien Stati Membri, jista’ japplika lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn is-sid jew il-parteċipant ewlieni tal-iskema ta’ pagament jkun jinsab għal eżenzjoni temporanja mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri l-oħra fejn l-iskema l-ġdida li dieħla fis-suq għandha parteċipant, il-Kummissjoni u l-BĊE, tali eżenzjoni għal massimu ta’ tliet snin. Dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq il-potenzjal tal-iskema l-ġdida li dieħla fis-suq li tiżviluppa fi skema ta’ pagament pan-Ewropea sħiħa u fuq il-kontribut tagħha biex ittejjeb il-kompetizzjoni jew tippromwovi l-innovazzjoni.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Bl-eċċezzjoni tas-servizzi ta’ pagament li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 16(4), dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ sal-1 ta’ Frar 2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|