L-operatur jew, fin-nuqqas ta’ operatur formali, il-parteċipanti f’sistema ta’ pagamenti bl-imnut fl-Unjoni għandhom jiżguraw li s-sistema ta’ pagament tagħhom tkun teknikament interoperabbli ma’ sistemi oħra ta’ pagament tal-konsumatur fl-Unjoni permezz tal-użu ta’ standards żviluppati minn korpi tal-istandardizzazzjoni internazzjonali jew Ewropej. Barra minn hekk, huma m’għandhomx jadottaw regoli tan-negozju li jirrestrinġu l-interoperabilità ma’ sistemi oħra ta’ pagament bl-imnut fl-Unjoni. Is-sistemi ta ’ pagament imsemmija fid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (
5
) għandhom ikunu obbligati biss jiżguraw l-interoperabilità teknika ma’ sistemi ta’ pagament oħra magħżula taħt l-istess Direttiva.