+Artikolu 5 Rekwiżiti għat-trasferiment ta’ kreditu u għat-tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.

Artikolu 5 Rekwiżiti għat-trasferiment ta’ kreditu u għat-tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Il-PSPs għandhom iwettqu t-trasferiment tal-kreditu u tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

huma iridu jużaw l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness għall-identifikazzjoni tal-kontijiet tal-pagament tkun fejn tkun il-lokazzjoni tal-PSP kkonċernat;

(b) 

huma iridu jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness, meta jittrasmettu tranżazzjonijiet ta’ pagament lil PSP ieħor jew permezz ta’ sistema ta’ pagament bl-imnut;

(c) 

huma iridu jiżguraw li l-PSUs jużaw l-identifikatur tal-kont ta’ pagament speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness għall-identifikazzjoni tal-kontijet ta’ pagament kemm jekk il-PSP ta’ min iħallas u kemm jekk il-PSP tal-benefiċjarju jew l-uniku PSP fit-tranżazzjoni ta’ pagament jinsabux fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri differenti;

(d) 

huma jridu jiżguraw li fejn PSU li mhux konsumatur jew mikrointrapriża, jibda jew jirċievi trasferimenti ta’ kreditu individwali jew debiti diretti individwali li ma jkunux trasmessi individwalment, iżda jkunu mgħaqqda flimkien għat-trasmissjoni, jintużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati f’punt (1)(b) tal-Anness.

Mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-PSPs għandhom, fuq talba speċifika tal-PSU, jużaw il-formati tal-messaġġi speċifikati fil-punt (1)(b) tal-Anness fir-rigward ta’ dak il-PSU.

Artikolu 5 2.

Il-PSPs għandhom jagħmlu trasferimenti ta’ kreditu skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:

(a) 

il-PSP ta’ min iħallas irid jiżgura li min iħallas jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(a) tal-Anness;

(b) 

il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(b) tal-Anness lill-PSP tal-benefiċjarju;

(c) 

il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (2)(d) tal-Anness.

Artikolu 5 3.

Il-PSPs għandhom iwettqu debiti diretti skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:

(a) 

il-PSP tal-benefiċjarju irid jiżgura li:

(i) 

il-benefiċjarju jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(a) tal-Anness mal-ewwel debitu dirett u ma’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ pagament sussegwenti,

(ii) 

min iħallas jagħti l-kunsens tiegħu kemm lill-benefiċjarju u kemm lill-PSP ta’ min iħallas (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju); il-mandati, flimkien ma’ modifiki li jsiru iktar tard jew kanċellazzjonijiet, jintrefgħu mill-benefiċjarju jew minn parti terza f’isem il-benefiċjarju u il-benefiċjarju jiġi nfurmat dwar dan l-obbligu mill-PSP tiegħu skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE;

(b) 

il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi lill-PSP ta’ min iħallas bl-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(b) tal-Anness;

(c) 

il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min iħallas l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(c) tal-Anness;

(d) 

min iħallas irid ikollu d-dritt jagħti istruzzjonijiet lill-PSP tiegħu:

(i) 

biex jillimita l-ġbir tad-debitu dirett għal ċertu ammont jew perjodiċità jew it-tnejn,

(ii) 

meta mandat taħt skema ta’ pagament ma jipprovdix għall-dritt ta’ rifużjoni, li jivverifika kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett, u li jiċċekkja jekk l-ammont u l-perjodiċità tat-tranżazzjoni ta’ debitu dirett sottomessa hix ugwali għall-ammont u l-perjodiċità maqbula fil-mandat, qabel ma jiddebita l-kont ta’ pagament tiegħu, fuq il-bażi ta’ informazzjoni marbuta mal-mandat;

(iii) 

biex jimblokka kwalunkwe debitu dirett fil-kont ta’ pagament ta’ min iħallas jew li jimblokka kwalunkwe debitu dirett inizjat minn benefiċjarju speċifikat wieħed jew aktar jew li jawtorizza biss dawk id-debiti diretti mibdija minn benefiċjarju speċifikat wieħed jew aktar.

Meta la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju ma jkun konsumatur, il-PSPs m’għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mal-punti (d)(i), (ii) jew (iii).

Il-PSP ta’ min iħallas għandu jinforma lill min iħallas dwar id-drittijiet imsemmija fil-punt (d) skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE.

Mal-ewwel tranżazzjoni ta’ debitu dirett jew tranżazzjoni ta’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett sussegwenti, il-benefiċjarju għandu jibgħat l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP tiegħu jew tagħha u l-PSP tal-benefiċjarju għandu jittrażmetti dik l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP ta’ min iħallas ma’ kull debitu dirett.

Artikolu 5 4.
Barra mir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1, il-benefiċjarju li jaċċetta trasferimenti ta’ kreditu għandu jikkomunika l-identifikatur tal-kont ta’ pagament tiegħu speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness u, sal-1 ta’ Frar 2014 għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali u sal-1 ta’ Frar 2016 għal tranżazzjonijiet ta’ pagamenti transkonfinali, iżda biss fejn ikun xieraq, il-BIC tal-PSP tiegħu lil min qed iħallsu, meta trasferiment ta’ kreditu jkun mitlub.
Artikolu 5 5.
Qabel l-ewwel transazzjoni ta’ debitu dirett, min iħallas għandu jikkomunika l-identifikatur tal-kont tal-pagament tiegħu speċifikat fil-punt (1)(a) tal-Anness. Il-BIC ta’ PSP ta’ min iħallas għandu jkun ikkomunikat sal-1 ta’ Frar 2014 għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali u sal-1 ta’ Frar 2016 għal tranżazzjonijiet ta’ pagament transkonfinali minn min iħallas imma biss fejn ikun meħtieġ.
Artikolu 5 6.
Meta l-qafas ta’ ftehim bejn min iħallas u l-PSP ta’ min iħallas ma jipprovdix għad-dritt ta’ rifużjoni, il-PSP ta’ min iħallas għandu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu (3)(a)(ii), jivverifika kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett, biex jara jekk l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ debitu dirett sottomessa huwiex ugwali għall-ammont u l-perjodiċità miftehmin fil-mandat qabel ma jiġi ddebitat il-kont ta’ pagament ta’ min iħallas, fuq il-bażi tal-informazzjoni relatata mal-mandat.
Artikolu 5 7.
Wara l-1 ta’ Frar 2014, għal tranżazzjonijiet ta’ pagamenti nazzjonali u wara l-1 ta’ Frar 2016 għal tranżazzjonijiet ta’ pagamenti transkonfinali l-PSPs m’għandhomx jirrikjedu l-PSUs biex jindikaw il-BIC tal-PSP ta’ min iħallas jew tal-PSP tal-benefiċjarju.
Artikolu 5 8.
Il-PSPs ta’ min iħallas u l-PSP tal-benefiċjarju m’għandhomx jitolbu ħlasijiet jew tariffi addizzjonali fuq il-proċess tal-qari biex ikun awtomatikament iġġenerat mandat għal dwak it-tranżazzjonijiet ta’ pagament mibdija permezz jew bl-użu ta’ kard tal-pagament fil-punt tal-bejgħ, li jirriżultaw f’debitu dirett.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.