|
+Artikolu 5 3. |
Artikolu 5 3.Il-PSPs għandhom iwettqu debiti diretti skont ir-rekwiżiti li ġejjin, suġġett għal kwalunkwe obbligu stipulat fil-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE:
(a)
il-PSP tal-benefiċjarju irid jiżgura li:
(i)
il-benefiċjarju jipprovdi l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(a) tal-Anness mal-ewwel debitu dirett u ma’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ pagament sussegwenti,
(ii)
min iħallas jagħti l-kunsens tiegħu kemm lill-benefiċjarju u kemm lill-PSP ta’ min iħallas (direttament jew indirettament permezz tal-benefiċjarju); il-mandati, flimkien ma’ modifiki li jsiru iktar tard jew kanċellazzjonijiet, jintrefgħu mill-benefiċjarju jew minn parti terza f’isem il-benefiċjarju u il-benefiċjarju jiġi nfurmat dwar dan l-obbligu mill-PSP tiegħu skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE;
(b)
il-PSP tal-benefiċjarju irid jipprovdi lill-PSP ta’ min iħallas bl-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(b) tal-Anness;
(c)
il-PSP ta’ min iħallas irid jipprovdi jew iqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ min iħallas l-elementi tad-data speċifikati fil-punt (3)(c) tal-Anness;
(d)
min iħallas irid ikollu d-dritt jagħti istruzzjonijiet lill-PSP tiegħu:
(i)
biex jillimita l-ġbir tad-debitu dirett għal ċertu ammont jew perjodiċità jew it-tnejn,
(ii)
meta mandat taħt skema ta’ pagament ma jipprovdix għall-dritt ta’ rifużjoni, li jivverifika kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett, u li jiċċekkja jekk l-ammont u l-perjodiċità tat-tranżazzjoni ta’ debitu dirett sottomessa hix ugwali għall-ammont u l-perjodiċità maqbula fil-mandat, qabel ma jiddebita l-kont ta’ pagament tiegħu, fuq il-bażi ta’ informazzjoni marbuta mal-mandat;
(iii)
biex jimblokka kwalunkwe debitu dirett fil-kont ta’ pagament ta’ min iħallas jew li jimblokka kwalunkwe debitu dirett inizjat minn benefiċjarju speċifikat wieħed jew aktar jew li jawtorizza biss dawk id-debiti diretti mibdija minn benefiċjarju speċifikat wieħed jew aktar. Meta la min iħallas u lanqas il-benefiċjarju ma jkun konsumatur, il-PSPs m’għandhomx l-obbligu li jikkonformaw mal-punti (d)(i), (ii) jew (iii). Il-PSP ta’ min iħallas għandu jinforma lill min iħallas dwar id-drittijiet imsemmija fil-punt (d) skont l-Artikoli 41 u 42 tad-Direttiva 2007/64/KE. Mal-ewwel tranżazzjoni ta’ debitu dirett jew tranżazzjoni ta’ debitu dirett ta’ darba u ma’ kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett sussegwenti, il-benefiċjarju għandu jibgħat l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP tiegħu jew tagħha u l-PSP tal-benefiċjarju għandu jittrażmetti dik l-informazzjoni relatata mal-mandat lill-PSP ta’ min iħallas ma’ kull debitu dirett. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|