+Artikolu 5a 4.

Artikolu 5a 4.

Meta jwettqu trasferimenti ta’ kreditu istantanji, il-PSPs għandhom, minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-PSPs għandhom jieħdu ħsieb li l-pagaturi jkunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju bl-istess mezzi ta’ bidu ta’ pagament, kollha kemm huma, bħal dawk li permezz tagħhom dawk il-pagaturi jkunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament għal trasferimenti ta’ kreditu oħra;

(b) 

minkejja l-Artikolu 83 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, minnufih wara l-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-PSP tal-pagatur għandu jivverifika jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha għall-ipproċessar tat-tranżazzjoni ta’ pagament u jekk ikunux disponibbli l-fondi meħtieġa, jirriżerva jew jiddebita l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mill-kont tal-pagatur, u minnufih jibgħat it-tranżazzjoni ta’ pagament lill-PSP tal-benefiċjarju;

(c) 

minkejja l-Artikolu 83 u l-Artikolu 87(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-PSP tal-benefiċjarju għandu, fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju mill-PSP tal-pagatur, jagħmel l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju fil-munita li fiha jkun denominat il-kont tal-benefiċjarju u jikkonferma t-tlestija tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-PSP tal-pagatur;

(d) 

minkejja l-Artikolu 87(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-PSP tal-benefiċjarju għandu jieħu ħsieb li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju tkun l-istess data bħal dik meta l-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju jiġi kkreditat mill-PSP tal-benefiċjarju bl-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament; u

(e) 

minnufih malli jirċievi l-konferma tat-tlestija msemmija fil-punt (c), jew meta ma tasal ebda konferma tat-tlestija bħal din mill-PSP tal-pagatur fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-PSP tal-pagatur għandu, mingħajr ħlas, jinforma lill-pagatur, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-fornitur ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament, jekk l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikunx ġie magħmul disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.