+Artikolu 5a Tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanji
---+Artikolu 5a 1.
---+Artikolu 5a 2.
---+Artikolu 5a 3.
---+Artikolu 5a 4.
---+Artikolu 5a 5.
---+Artikolu 5a 6.
---+Artikolu 5a 7.
---+Artikolu 5a 8.
|
Artikolu 5a Tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5a 1.
|
Il-PSPs li joffru lill-PSUs tagħhom servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu għandhom joffru lill-PSUs kollha tagħhom servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji. Il-PSPs kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw li l-kontijiet ta’ pagament kollha li jkunu aċċessibbli għal trasferimenti ta’ kreditu jkunu aċċessibbli wkoll għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji 24 siegħa kuljum u fi kwalunkwe jum kalendarju.
|
|
Artikolu 5a 2.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, u soġġett għall-kisba tal-permess minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu abbażi tal-valutazzjoni minn dawk l-awtoritajiet tal-aċċess tiegħu għal-likwidità f’euro, PSP li jinsab fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma għandux ikun obbligat joffri lill-PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro lil hinn minn limitu għal kull tranżazzjoni, minn kontijiet ta’ pagament denominati fil-munita nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, matul iż-żmien meta dak il-PSP la jibgħat u lanqas jirċievi tranżazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ kreditu mhux istantanji f’euro fir-rigward ta’ tali kontijiet ta’ pagament. Dak il-limitu għandu jiġi stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti u ma għandux ikun inqas minn EUR 25 000 . L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess minn qabel fuq talba tal-PSP għal perjodu ta’ sena. Fuq talba tal-PSP, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jestendu dak il-permess minn qabel b’perjodi ulterjuri ta’ sena wara rivalutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-aċċess tal-PSP għal-likwidità f’euro. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali dwar il-permessi u l-estensjonijiet preċedenti mogħtija skont dan il-paragrafu. Il-BĊE u kwalunkwe bank ċentrali nazzjonali, meta ma jaġixxix fil-kapaċità tiegħu ta’ awtorità monetarja jew awtorità pubblika oħra, jista’ jillimita l-offerta tiegħu ta’ servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji għall-perjodu ta’ żmien li matulu joffri servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu mhux istantanji.
|
|
Artikolu 5a 3.
|
Minkejja l-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jkun il-mument meta din tkun ġiet riċevuta mill-PSP tal-pagatur, irrispettivament mis-siegħa jew mill-jum kalendarju. Minkejja l-Artikolu 78(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, jekk il-pagatur u l-PSP tal-pagatur jaqblu li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandha sseħħ f’ħin speċifiku f’jum speċifiku jew fil-mument meta l-pagatur ikun poġġa fondi għad-dispożizzjoni tal-PSP, il-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jitqies li huwa l-ħin miftiehem, irrispettivament mis-siegħa jew mill-jum kalendarju. B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jkun:
(a)
għal ordni ta’ pagament mhux elettronika għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-mument meta l-PSP tal-pagatur ikun introduċa l-informazzjoni dwar l-ordni ta’ pagament fis-sistema interna tiegħu, li għandu jseħħ malajr kemm jista’ jkun wara li l-ordni ta’ pagament mhux elettronika għal trasferiment ta’ kreditu istantanju tkun saret mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur;
(b)
għal ordni ta’ pagament individwali għal trasferiment ta’ kreditu istantanju li jappartjeni għal pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, fejn il-konverżjoni ta’ dak il-pakkett fi tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali titwettaq mill-PSP tal-pagatur, il-mument meta t-tranżazzjoni ta’ pagament sussegwenti tkun inħarġet mill-pakkett mill-PSP tal-pagatur; il-PSP tal-pagatur għandu jibda l-konverżjoni tal-pakkett minnufih wara li dan ikun tqiegħed mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur u jlesti dik il-konverżjoni malajr kemm jista’ jkun;
(c)
għal ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju minn kontijiet ta’ pagament li mhumiex denominati f’euro, il-mument meta l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun ġie kkonvertit f’euro; tali kambju tal-munita għandu jsir minnufih wara li l-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju tkun saret mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur.
|
|
Artikolu 5a 4.
|
Meta jwettqu trasferimenti ta’ kreditu istantanji, il-PSPs għandhom, minbarra r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
il-PSPs għandhom jieħdu ħsieb li l-pagaturi jkunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju bl-istess mezzi ta’ bidu ta’ pagament, kollha kemm huma, bħal dawk li permezz tagħhom dawk il-pagaturi jkunu jistgħu jagħmlu ordni ta’ pagament għal trasferimenti ta’ kreditu oħra;
(b)
minkejja l-Artikolu 83 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, minnufih wara l-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-PSP tal-pagatur għandu jivverifika jekk ikunux issodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa kollha għall-ipproċessar tat-tranżazzjoni ta’ pagament u jekk ikunux disponibbli l-fondi meħtieġa, jirriżerva jew jiddebita l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament mill-kont tal-pagatur, u minnufih jibgħat it-tranżazzjoni ta’ pagament lill-PSP tal-benefiċjarju;
(c)
minkejja l-Artikolu 83 u l-Artikolu 87(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-PSP tal-benefiċjarju għandu, fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju mill-PSP tal-pagatur, jagħmel l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju fil-munita li fiha jkun denominat il-kont tal-benefiċjarju u jikkonferma t-tlestija tat-tranżazzjoni ta’ pagament lill-PSP tal-pagatur;
(d)
minkejja l-Artikolu 87(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-PSP tal-benefiċjarju għandu jieħu ħsieb li d-data tal-valur tal-kreditu għall-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju tkun l-istess data bħal dik meta l-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju jiġi kkreditat mill-PSP tal-benefiċjarju bl-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament; u
(e)
minnufih malli jirċievi l-konferma tat-tlestija msemmija fil-punt (c), jew meta ma tasal ebda konferma tat-tlestija bħal din mill-PSP tal-pagatur fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-PSP tal-pagatur għandu, mingħajr ħlas, jinforma lill-pagatur, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-fornitur ta’ servizz ta’ bidu ta’ pagament, jekk l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikunx ġie magħmul disponibbli fil-kont ta’ pagament tal-benefiċjarju.
|
|
Artikolu 5a 5.
|
Minkejja l-Artikolu 89 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, meta l-PSP tal-pagatur ma jkunx irċieva messaġġ mill-PSP tal-benefiċjarju li jikkonferma li l-fondi ġew magħmula disponibbli fil-kont tal-pagament tal-benefiċjarju fi żmien 10 sekondi mill-ħin tar-riċevuta, il-PSP tal-pagatur għandu immedjatament ireġġa’ lura l-kont tal-pagament tal-pagatur għall-istat li kien ikun fih li kieku t-tranżazzjoni ma seħħitx.
|
|
Artikolu 5a 6.
|
Mat-talba tal-PSU, PSP għandu joffri lil PSU l-possibbiltà li jistabbilixxi limitu li jiffissa ammont massimu li jista’ jiġi mibgħut permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu istantanju. Dak il-limitu jista’ jkun fuq bażi ta’ kull jum jew kull tranżazzjoni, fid-diskrezzjoni unika tal-PSU. Il-PSPs għandhom jiżguraw li l-PSUs ikunu jistgħu jimmodifikaw dak l-ammont massimu fi kwalunkwe ħin qabel it-tqegħid ta’ ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju. Meta ordni ta’ pagament ta’ PSU għal trasferiment ta’ kreditu istantanju taqbeż, jew twassal biex taqbeż, l-ammont massimu, il-PSP tal-pagatur ma għandux jeżegwixxi l-ordni ta’ pagament għat-trasferiment ta’ kreditu istantanju, għandu jinnotifika lill-PSU b’dan u għandu jinforma lill-PSU dwar kif għandu jimmodifika l-ammont massimu.
|
|
Artikolu 5a 7.
|
Meta joffru s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji, il-PSPs għandhom joffru lill-PSUs tagħhom il-possibbiltà li jissottomettu ordnijiet ta’ ħlas multipli bħala pakkett jekk il-PSPs joffru dik il-possibbiltà lill-PSUs tagħhom għal trasferimenti ta’ kreditu oħra. Il-PSPs ma għandhomx jimponu limiti fuq l-għadd ta’ ordnijiet ta’ pagament li jistgħu jiġu sottomessi f’pakkett ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji li jkunu aktar baxxi mil-limiti li huma jimponu fir-rigward ta’ pakketti ta’ trasferimenti ta’ kreditu oħra.
|
|
Artikolu 5a 8.
|
Il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Jannar 2025, u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Ottubru 2025. Il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Jannar 2027, u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027. B’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sad-9 ta’ Ġunju 2028 il-PSPs kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jkunu jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro ma għandhomx ikunu obbligati joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro minn kontijiet ta’ pagament denominati fil-munita nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, matul iż-żmien meta dawk il-PSPs la jibagħtu u lanqas jirċievu trasferimenti ta’ kreditu mhux istantanji f’euro fir-rigward ta’ tali kontijiet. Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-PSPs li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jew istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu u jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ April 2027. Minkejja t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-PSPs li huma istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2009/110/KE jew istituzzjonijiet ta’ pagament kif definiti fl-Artikolu 4, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u li jinsabu fi Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro għandhom joffru lil PSUs is-servizz ta’ pagament biex jiġu riċevuti trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ April 2027 u s-servizz ta’ pagament biex jintbagħtu trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro kif stabbilit f’dan l-Artikolu sad-9 ta’ Lulju 2027.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|