+Artikolu 5c 8.

Artikolu 5c 8.

PSP ma għandux jinżamm responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ trasferiment ta’ kreditu lil benefiċjarju mhux intenzjonat abbażi ta’ identifikatur uniku żbaljat, kif stabbilit fl-Artikolu 88 tad-Direttiva (UE) 2015/2366, dment li jkun issodisfa r-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-PSP tal-pagatur jonqos milli jikkonforma mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew meta l-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament jonqos milli jikkonforma mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, u meta dak in-nuqqas jirriżulta fi tranżazzjoni ta’ pagament eżegwita b’mod difettuż, il-PSP tal-pagatur għandu iħallas lura mingħajr dewmien lill-pagatur l-ammont ittrasferit u, fejn applikabbli, ireġġa’ lura l-kont ta’ pagament iddebitat fl-istat li kien fih li kieku t-tranżazzjoni ma seħħitx.

Meta n-nuqqas ta’ konformità jseħħ minħabba li l-PSP tal-pagatur, jew il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, ikunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu, il-PSP tal-benefiċjarju jew, fejn rilevanti, il-fornitur ta’ servizzi ta’ bidu ta’ pagament, għandhom jikkumpensaw lill-PSP tal-pagatur għad-dannu finanzjarju kkawżat lill-PSP tal-pagatur b’dak in-nuqqas.

Kwalunkwe telf finanzjarju ulterjuri kkawżat lill-pagatur jista’ jiġi kkumpensat f’konformità mal-liġi applikabbli għall-kuntratt konkluż bejn il-pagatur u l-PSP rilevanti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.