+Artikolu 10 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.

Artikolu 10 Awtoritajiet kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
L-Istati Membri għandhom jinnominaw bħala l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament awtoritajiet pubbliċi, korpi rikonnoxxuti mil-liġi nazzjonali jew awtoritajiet pubbliċi li espliċitament tingħatalhom is-setgħa għal dak il-għan mil-liġi nazzjonali, inklużi banek ċentrali nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw korpi eżistenti biex jaġixxu ta’ awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 10 2.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi maħtura skont il-paragrafu 1 sal-1 ta’ Frar 2013. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (“ABE”) mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla sussegwenti li tikkonċerna lil dawn l-awtoritajiet.
Artikolu 10 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ikollhom il-poteri kollha meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom. Meta fuq it-territorju tagħhom ikun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda għall-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet jikkooperaw mill-qrib ħalli jkunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom b’mod effikaċi.
Artikolu 10 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw il-konformità bil-PSPs ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw din il-konformità. Huma għandhom jikkooperaw bejniethom b’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2007/64/KE u mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.