|
+Artikolu 11 1b. |
Artikolu 11 1b.Fir-rigward tal-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 5d, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali penalitajiet jinkludu:
(a)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi sa mill-inqas 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti;
(b)
fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 , jew l-ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro fid-8 ta’ April 2024. Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), jew ta’ kwalunkwe impriża li effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq dik il-persuna ġuridika, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|