+Artikolu 11 Penalitajiet
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 1a.
---+Artikolu 11 1b.
---+Artikolu 11 1c.
---+Artikolu 11 1d.
---+Artikolu 11 2.
|
Artikolu 11 Penalitajiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom, sal-1 ta’ Frar 2013, jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u miżuri sal-1 ta’ Awwissu 2013 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
|
|
Artikolu 11 1a.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom, sad-9 ta’ April 2025, jistabbilixxu regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 5a sa 5d u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Dawn il-penalitajiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sad-9 ta’ April 2025, jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.
|
|
Artikolu 11 1b.
|
Fir-rigward tal-penalitajiet applikabbli għall-ksur tal-Artikolu 5d, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali penalitajiet jinkludu:
(a)
fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi sa mill-inqas 10 % tal-fatturat nett annwali totali tal-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti;
(b)
fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 5 000 000 , jew l-ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro fid-8 ta’ April 2024.
Għall-finijiet tal-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta’ impriża prinċipali, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), jew ta’ kwalunkwe impriża li effettivament teżerċita influwenza dominanti fuq dik il-persuna ġuridika, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontijiet konsolidati tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti.
|
|
Artikolu 11 1c.
|
Il-penalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1a ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati fir-rigward tal-ksur tar-rekwiżit tal-aċċessibbiltà fl-Artikolu 5a(1), it-tieni subparagrafu, meta l-kontijiet ta’ pagament miżmuma mill-PSPs ma jkunux aċċessibbli għal trasferimenti ta’ kreditu istantanji minħabba manutenzjoni ppjanata meta l-perjodi ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà jkunu kemm prevedibbli kif ukoll qosra jew għal perjodu ta’ qtugħ ippjanat tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji kollha skont l-iskema ta’ pagament rilevanti, dment li l-PSUs ikunu ġew infurmati minn qabel dwar dawk il-perjodi ta’ manutenzjoni ppjanata jew ta’ qtugħ ippjanat.
|
|
Artikolu 11 1d.
|
B’deroga mill-paragrafu 1b, meta s-sistema legali tal-Istat Membru ma tipprevedix penalitajiet amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-penali tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta mill-awtoritajiet ġudizzjarji, filwaqt li jiġi żgurat li dik il-penali tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva, u jkollha effett ekwivalenti għall-penalitajiet amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li s-sistema legali tagħhom tipprevedi penalitajiet amministrattivi. Fi kwalunkwe każ, il-penalitajiet imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri li s-sistema legali tagħhom ma tipprevedix penalitajiet amministrattivi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-penalitajiet tagħhom sad-9 ta’ April 2025 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-penalitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-konsumaturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|