+Artikolu 15 Rieżami
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
|
Artikolu 15 Rieżami
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Sal-1 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-BĊE u l-ABE rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament akkompanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Sad-9 ta’ Ottubru 2028, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jkun fih evalwazzjoni ta’:
(a)
l-iżvilupp ta’ imposti għall-kontijiet ta’ pagament kif ukoll għat-trasferimenti ta’ kreditu nazzjonali u transfruntiera u t-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro u fil-munita nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro mis-26 ta’ Ottubru 2022, inkluż l-impatt tal-Artikolu 5b(1) fuq dawk l-imposti; kif ukoll
(b)
il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5d u l-effettività tiegħu fil-prevenzjoni ta’ tfixkil bla bżonn ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Il-PSPs għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar:
(a)
il-livell ta’ imposti għat-trasferimenti ta’ kreditu, trasferimenti ta’ kreditu istantanji u kontijiet ta’ pagament;
(b)
is-sehem ta’ rifjuti, separatament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament nazzjonali u transfruntiera, minħabba l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi finanzjarji mmirati.
Il-PSPs għandhom jissottomettu tali rapporti kull 12-il xahar. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat fid-9 ta’ April 2025 u għandu jinkludi informazzjoni dwar il-livell tal-imposti u dwar ir-rifjuti matul il-perjodu li jibda fis-26 ta’ Ottubru 2022 sal-aħħar tas-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Sad-9 ta’ Ottubru 2025, u kull sena minn hemm ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-EBA l-informazzjoni rrapportata lilhom mill-PSPs skont il-paragrafu 3, u l-informazzjoni dwar il-volum u l-valur tat-trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro li jkunu ntbagħtu, kemm nazzjonali kif ukoll transfruntiera, mill-PSPs stabbiliti fl-Istat Membru tagħhom matul is-sena kalendarja preċedenti.
|
|
Artikolu 15 5.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika mudelli ta’ rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija uniformi dwar kif jintużaw dawk il-mudelli ta’ rapportar għall-finijiet tar-rapportar kif imsemmi fil-paragrafu 3. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni sad-9 ta’ Ġunju 2024. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Il-Kummissjoni għandha, sad-9 ta’ April 2027, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-ostakli li jifdal għad-disponibbiltà u l-użu ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji. Dak ir-rapport għandu jivvaluta l-livell ta’ standardizzazzjoni tat-teknoloġiji li huma rilevanti għall-użu ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji. Ir-rapport jista’ jiġi akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|