|
(b)
|
jippermettu lill-fornituri ta' servizzi ta' pagament sabiex japplikaw tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni ta' mhux aktar minn EUR 0,05, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hijiex l-ewro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-8 ta' Ġunju 2015, li għandha tiġi riveduta kull ħames snin jew kull meta jkun hemm varjazzjoni sinifikanti fir-rati tal-kambju. Din it-tarfiffa ta' interkambju fuq kull transazzjoni tista' wkoll tkun kombinata ma' rati perċentwali massimi ta' mhux aktar minn 0,2 %, dejjem sakemm it-total ta' tariffi tal-interkambju tal-iskema ta' kards ta' pagament ma taqbiżx 0,2 % tal-valur ta' transazzjoni annwali totali għat-transazzjonijiet domestiċi b'kards ta' debitu f'kull skema ta' kards ta' pagament.
|