+Artikolu 3 Tariffi tal-interkambju fuq it-transazzjonijiet b'kard ta' debitu tal-konsumatur
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
|
Artikolu 3 Tariffi tal-interkambju fuq it-transazzjonijiet b'kard ta' debitu tal-konsumatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. Il-fornituri ta' servizzi ta' pagament ma għandhomx joffru jew jitolbu tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni ta' iktar minn 0,2 % tal-valur tat-transazzjoni għal kwalunkwe transazzjoni b'kard ta' debitu.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Għal transazzjonijiet domestiċi ta' kards ta' debitu l-Istati Membri jistgħu jew:
|
(a)
|
jiddefinixxu perċentwal tal-limitu tat-tariffa tal-interkambju għal kull transazzjoni inqas minn dak previst fil-paragrafu 1 u jistgħu jimponu ammont ta' tariffa massima fissa bħala limitu fuq l-ammont ta' tariffa li tirriżulta mir-rata perċentwali applikabbli; jew
|
|
(b)
|
jippermettu lill-fornituri ta' servizzi ta' pagament sabiex japplikaw tariffa tal-interkambju fuq kull transazzjoni ta' mhux aktar minn EUR 0,05, jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom m'hijiex l-ewro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fit-8 ta' Ġunju 2015, li għandha tiġi riveduta kull ħames snin jew kull meta jkun hemm varjazzjoni sinifikanti fir-rati tal-kambju. Din it-tarfiffa ta' interkambju fuq kull transazzjoni tista' wkoll tkun kombinata ma' rati perċentwali massimi ta' mhux aktar minn 0,2 %, dejjem sakemm it-total ta' tariffi tal-interkambju tal-iskema ta' kards ta' pagament ma taqbiżx 0,2 % tal-valur ta' transazzjoni annwali totali għat-transazzjonijiet domestiċi b'kards ta' debitu f'kull skema ta' kards ta' pagament.
|
|
|
Artikolu 3 3
|
3. Sad-9 ta' Diċembru 2020, fir-rigward ta' transazzjonijiet domestiċi ta' kards ta' debitu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-fornituri ta' servizzi ta' pagament japplikaw tariffa tal-interkambju medja ponderata ta' mhux aktar mill-ekwivalenti ta' 0,2 % tal-medja annwali tal-valur tat-transazzjoni għat-transazzjonijiet domestiċi b'kards ta' debitu kollha f'kull skema ta' kards ta' pagament. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu limitu aktar baxx tat-tariffa tal-interkambju medja ponderata applikabbli għal kull transazzjoni domestika b'kard ta' debitu.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Il-valuri tat-transazzjoni annwali imsemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkulat kull sena, jibda mill-1 ta' Jannar u jintemm fil-31 ta' Diċembru kull sena u għandu japplika mill-1 ta' April tas-sena ta' wara. Il-perijodu ta' referenza għall-ewwel kalkolu ta' tali valur għandu jibda 15-il xahar tal-kalendarju qabel id-data ta' applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 u għandu jintemm tliet xhur tal-kalendarju qabel dik id-data.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 13 għandhom, mat-talba bil-miktub tagħhom, jirrikjedu li skemi ta' kards ta' pagament u/jew fornituri ta' servizzi ta' pagament jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni korretta tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Tali informazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti qabel l-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza msemmi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 4. Kwalunkwe informazzjoni oħra li tabilita lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti mat-talba bil-miktub tagħhom u fl-iskadenza stabbilita minnhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li tali informazzjoni tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|