6. L-iskemi ta' kards ta' pagament, l-emittenti, l-akkwirenti, l-entitajiet ta' pproċessar u l-fornituri ta' servizzi tekniċi oħra ma għandhomx idaħħlu mekkaniżmi awtomatiċi, software jew apparat fuq l-istrument ta' pagament jew fuq l-apparat applikat fil-punt tal-bejgħ li jillimitaw l-għażla tal-marka ta' pagament jew tal-applikazzjoni ta' pagament, jew it-tnejn, mill-pagatur jew il-benefiċjarju meta jkunu qed jużaw strument ta' pagament li jkun co-badged.
Il-benefiċjarji għandhom iżommu l-għażla li jinstallaw mekkaniżmi awtomatiċi fit-tagħmir użat fil-punt tal-bejgħ li jagħmlu għażla ta' prijorità ta' marka ta' pagament jew applikazzjoni ta' pagament partikolari iżda l-benefiċjarji ma għandhomx jimpedixxu lill-pagatur milli jagħmel għażla differenti minn tali għażla awtomatika ta' prijorità magħmula mill-benefiċjarju fit-tagħmir tiegħu għall-kategoriji ta' kards jew strumenti ta' pagament relatati aċċettati mill-benefiċjarju.