+Artikolu 8 Il-co-badging u l-għażla tal-marka ta' pagament jew tal-applikazzjoni ta' pagament
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Il-co-badging u l-għażla tal-marka ta' pagament jew tal-applikazzjoni ta' pagament

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   Kwalunkwe skema ta' kards ta' pagament u kwalunkwe regola fi ftehimiet ta' liċenzjar jew miżuri ta' effett ekwivalenti li jfixklu jew jipprevjenu emittent milli jagħmel co-badging ta' żewġ marki ta' pagament jew applikazzjonijiet ta' pagament differenti jew iżjed fuq strument ta' pagament permezz ta' kards, huma pprojbiti.

Artikolu 8 2

2.   Meta jidħol fi ftehim kuntrattwali ma' fornitur ta' servizzi ta' pagament, il-konsumatur jista' jitlob li jkollu żewġ marki differenti ta' pagament jew aktar fuq strument ta' pagament permezz ta' kards sakemm tali servizz ikun offut mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament. Biżżejjed żmien qabel jiġi ffirmat il-kuntratt, il-fornitur ta' servizzi ta' pagament għandu jipprovdi lill-konsumatur informazzjoni ċara u oġġettiva dwar il-marki ta' pagament kollha disponibbli u l-karatteristiċi tagħhom, inkluż il-funzjonalitajiet, l-ispiża u s-sigurtà tagħhom.

Artikolu 8 3

3.   Għandha tkun oġġettivament ġustifikata u mhux diskriminatorja kwalunkwe differenza fit-trattament tal-emittenti u l-akkwirenti f'regoli ta' skemi u regoli fi ftehimiet tal-liċenzjar li jikkonċernaw il-co-badging ta' marki ta' pagament jew applikazzjonijiet ta' pagament differenti fuq strument ta' pagament permezz ta' kards.

Artikolu 8 4

4.   L-iskemi ta' kards ta' pagament ma għandhomx jimponu rekwiżiti ta' rapportar, obbligi ta' pagament ta' tariffi jew obbligi simili bl-istess għan jew effett fuq il-fornituri emittenti u akkwirenti tas-servizzi ta' pagament għal transazzjonijiet mwettqa bi kwalunkwe apparat li fuqu tkun preżenti l-marka ta' pagament tagħhom fir-rigward ta' transazzjonijiet li fihom ma tintużax l-iskema tagħhom.

Artikolu 8 5

5.   Ma għandux ikun diskriminatorju u għandu jiġi applikat b'mod mhux diskriminatorju kwalunkwe prinċipju ta' għażla tar-rotta jew miżura ekwivalenti bil-għan li jidderieġu t-transazzjonijiet minn mezz jew proċess speċifiku u standards u rekwiżiti tekniċi u ta' sigurtà oħrajn fir-rigward tat-trattament ta' żewġ marki ta' pagament u applikazzjonijiet ta' pagament differenti jew aktar fuq strument ta' pagament permezz ta' kard.

Artikolu 8 6

6.   L-iskemi ta' kards ta' pagament, l-emittenti, l-akkwirenti, l-entitajiet ta' pproċessar u l-fornituri ta' servizzi tekniċi oħra ma għandhomx idaħħlu mekkaniżmi awtomatiċi, software jew apparat fuq l-istrument ta' pagament jew fuq l-apparat applikat fil-punt tal-bejgħ li jillimitaw l-għażla tal-marka ta' pagament jew tal-applikazzjoni ta' pagament, jew it-tnejn, mill-pagatur jew il-benefiċjarju meta jkunu qed jużaw strument ta' pagament li jkun co-badged.

Il-benefiċjarji għandhom iżommu l-għażla li jinstallaw mekkaniżmi awtomatiċi fit-tagħmir użat fil-punt tal-bejgħ li jagħmlu għażla ta' prijorità ta' marka ta' pagament jew applikazzjoni ta' pagament partikolari iżda l-benefiċjarji ma għandhomx jimpedixxu lill-pagatur milli jagħmel għażla differenti minn tali għażla awtomatika ta' prijorità magħmula mill-benefiċjarju fit-tagħmir tiegħu għall-kategoriji ta' kards jew strumenti ta' pagament relatati aċċettati mill-benefiċjarju.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.05.2015 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0751
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.