+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3
---+Artikolu 1 4
---+Artikolu 1 5
---+Artikolu 1 6
---+Artikolu 1 7

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Din id-Direttiva tistipula regoli dwar it-trasparenza u l-komparabbiltà tat-tariffi imposti fuq il-konsumaturi għall-kontijiet tal-ħlas tagħhom miżmuma fl-Unjoni, regoli dwar il-bdil ta’ kontijiet tal-ħlas fi Stat Membru u regoli dwar l-iffaċilitar tal-ftuħ ta’ kontijiet tal-ħlas transkonfinali għall-konsumaturi.

Artikolu 1 2

2.   Din id-Direttiva tiddefinixxi wkoll qafas għar-regoli u l-kondizzjonijiet li skonthom l-Istati Membri huma meħtieġa li jiggarantixxu dritt għall-konsumaturi li jiftħu u li jużaw kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi fl-Unjoni.

Artikolu 1 3

3.   Il-Kapitoli II u III japplikaw għal fornituri tas-servizzi tal-ħlas.

Artikolu 1 4

4.   Il-Kapitolu IV japplika għal istituzzjonijiet tal-kreditu.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-Kapitolu IV lil fornituri tas-servizzi ta’ ħlas li mhumiex istituzzjonijiet tal-kreditu.

Artikolu 1 5

5.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva jew parti minnha għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

Artikolu 1 6

6.   Din id-Direttiva tapplika għall-kontijiet tal-ħlas li permezz tagħhom il-konsumaturi tal-inqas ikunu jistgħu:

(a)

ipoġġu fondi f’kont tal-ħlas;

(b)

jiġbdu l-flus minn kont tal-ħlas;

(c)

jagħmlu u jirċievu tranżazzjonijiet tal-ħlas, inkluż trasferimenti ta’ kreditu, lil partijiet terzi u mingħandhom.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw din id-Direttiva jew parti minnhom għal kontijiet tal-ħlas li mhumiex dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 1 7

7.   Il-ftuħ u l-użu ta’ kont tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi, skont din id-Direttiva għandu jkunu konformi mad-Direttiva 2005/60/KE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.