+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

‘konsumatur’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika li taġixxi għal finijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha;

Artikolu 2 (2)

‘legalment residenti fl-Unjoni’ tfisser fejn persuna fiżika jkollha d-dritt li tirresjedi fi Stat Membru permezz tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, inklużi konsumaturi bla indirizz fiss u persuni li qed ifittxu l-asil taħt il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 marbuta mal-Istatus tar-Refuġjat, il-Protokoll tagħha tal-31 ta’ Jannar 1967 u ma’ trattati rilevanti oħra;

Artikolu 2 (3)

‘kont tal-ħlas’ tfisser kont f’isem konsumatur wieħed jew aktar li jintuża għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas;

Artikolu 2 (4)

‘servizz tal-ħlas’ tfisser servizz tal-ħlas kif iddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE;

Artikolu 2 (5)

‘tranżazzjoni tal-ħlas’ tfisser att, mibdi minn min iħallas jew mill-benefiċjarju, ta’ tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn min iħallas u l-benefiċjarju;

Artikolu 2 (6)

‘servizzi marbuta mal-kont tal-ħlas’ tfisser is-servizzi kollha marbuta mal-ftuħ, l-operat u l-għeluq ta’ kont tal-ħlas, inklużi servizzi tal-ħlas u tranżazzjonijiet tal-ħlas li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (g) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/64/KE u faċilitajiet ta’ overdraft u overrunning;

Artikolu 2 (7)

‘fornitur tas-servizzi tal-ħlas’ tfisser fornitur tas-servizzi tal-ħlas kif iddefinit fil-punt (9) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE;

Artikolu 2 (8)

‘istituzzjoni tal-kreditu’ tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18);

Artikolu 2 (9)

‘strument tal-ħlas’ tfisser strument tal-ħlas kif iddefinit fil-punt (23) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE;

Artikolu 2 (10)

‘fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi’ tfisser il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas’ li mingħandu hija trasferita l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq il-bdil;

Artikolu 2 (11)

‘fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju’ tfisser il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li mingħandu hija trasferita l-informazzjoni meħtieġa biex jitwettaq il-bdil;

Artikolu 2 (12)

‘ordni ta’ ħlas’ tfisser struzzjoni minn min iħallas jew benefiċjarju lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas tiegħu fejn jitlob l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni tal-ħlas;

Artikolu 2 (13)

‘min iħallas’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li jkollha kont tal-ħlas u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, kont tal-ħlas fejn ma jkun hemm ebda kont tal-ħlas ta’ min iħallas, tkun persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel ordni ta’ ħlas għall-kont tal-ħlas ta’ benefiċjarju;

Artikolu 2 (14)

‘benefiċjarju’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija r-riċevitur intiż ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni tal-ħlas;

Artikolu 2 (15)

‘tariffi’ tfisser l-imposti u l-pienikollha, jekk hemm, li huma pagabbli mill-konsumatur lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas għal servizzi assoċjati mal-kont tal-ħlas jew b’rabta magħhom;

Artikolu 2 (16)

‘rata tal-imgħax tal-kreditu’ tfisser kwalunkwe rata li skontha jitħallas l-imgħax lill-konsumatur fir-rigward ta’ fondi miżmuma f’kont tal-ħlas;

Artikolu 2 (17)

‘mezz li jservi għal żmien twil’ tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-konsumatur b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta’ żmien adegwat għall-iskopijiet tal-informazzjoni u sabiex jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

Artikolu 2 (18)

‘bdil’ jew ‘servizz ta’ bdil’ tfisser, fuq talba tal-konsumatur, trasferiment minn fornitur tas-servizz tal-ħlas għal ieħor jew tal-informazzjoni dwar l-istanding orders kollha jew xi wħud minnhom għal trasferimenti ta’ kreditu, debiti diretti rikorrenti u trasferimenti ta’ kreditu li deħlin rikorrenti eżegwiti f’kont tal-ħlas, jew kwalunkwe bilanċ tal-kont tal-ħlas pożittiv minn kont tal-ħlas għal-ieħor, jew it-tnejn, bl-għeluq tal-kont tal-ħlas preċedenti jew mingħajru;

Artikolu 2 (19)

‘debitu dirett’ tfisser servizz tal-ħlas nazzjonali jew transkonfinali li jiddebita l-kont tal-ħlas ta’ min iħallas, fejn tranżazzjoni tal-ħlas tkun mibdija mill-benefiċjarju fuq il-bażi tal-kunsens ta’ min iħallas;

Artikolu 2 (20)

‘trasferiment ta’ kreditu’ tfisser servizz tal-ħlas nazzjonali jew transkonfinali għall-kreditament tal-kont tal-ħlas ta’ benefiċjarju bi tranżazzjoni tal-ħlas jew sensiliet ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas mill-kont tal-ħlas ta’ min iħallas mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta’ min iħallas, fuq il-bażi ta’ struzzjoni mogħtija minn min iħallas;

Artikolu 2 (21)

‘standing order’ tfisser struzzjoni mogħtija minn min iħallas lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jżomm il-kont tal-ħlas ta’ min iħallas biex jagħmel trasferimenti ta’ kreditu f’intervalli regolari jew f’dati stabbiliti minn qabel;

Artikolu 2 (22)

‘fondi’ tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali, u flus elettroniċi kif iddefinit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

Artikolu 2 (23)

‘kuntratt qafas’ tfisser kuntratt ta’ servizzi tal-ħlas li jirregola t-twettiq futur ta’ tranżazzjonijiet tal-ħlas individwali u suċċessivi u li jista’ jkun fih l-obbligu u l-kondizzjonijiet biex jiġi stabbilit kont tal-ħlas;

Artikolu 2 (24)

‘jum ta’ negozju’ tfisser jum li fih il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas rilevanti huwa miftuħ għan-negozju kif meħtieġ għat-twettiq ta’ tranżazzjoni tal-ħlas;

Artikolu 2 (25)

‘faċilità ta’ overdraft’ tfisser ftehim espliċitu ta’ kreditu li bih fornituri tas-servizzi tal-ħlas tagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti tal-kont tal-ħlas tal-konsumatur;

Artikolu 2 (26)

‘overrunning’ tfisser overdraft taċitament aċċettat li bih fornituri tas-servizzi tal-ħlas tagħmel disponibbli għall-konsumatur fondi li jaqbżu l-bilanċ kurrenti fil-kont tal-ħlas tiegħu jew il-faċilità ta’ overdraft miftiehem;

Artikolu 2 (27)

‘Awtorità kompetenti’ tfisser awtorità nnominata bħala kompetenti minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 21.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.