6. Kull erba’ snin, wara l-publikazzjoni tal-lista finali msemmija fil-paragrafu 5,l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, fejn adatt, jaġġornaw il-lista tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħhom u fejn applikabbli dwar il-lista aġġornata tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi. L-EBA għandha tirrevedi u fejn meħtieġ taġġorna t-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni, skont il-proċess stabbilit fil-paragrafu 4. Mal-aġġornament tat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni l-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jippublikaw il-listi finali msemmija fil-paragrafu 5 u għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw it-termini u d-definizzjonijiet aġġornati.