+Artikolu 3 Lista tal-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma’ kont tal-ħlas u soġġetti għal tariffa f’livell nazzjonali u terminoloġija standardizzata
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6
|
Artikolu 3 Lista tal-aktar servizzi rappreżentattivi marbuta ma’ kont tal-ħlas u soġġetti għal tariffa f’livell nazzjonali u terminoloġija standardizzata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista proviżorja ta’ mill-inqas 10 u mhux aktar minn 20 servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta ma’ kont tal-ħlas u soġġetti għal tariffa, offerta minn tal-inqas fornituri wieħed tas-servizzi tal-ħlas fil-livell nazzjonali. Il-lista għandu jkun fiha termini u definizzjonijiet għal kull wieħed mis-servizzi identifikati. Fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Istat Membru għandu jintuża terminu wieħed biss għal kull servizz.
|
|
Artikolu 3 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu s-servizzi li:
|
(a)
|
huma l-aktar li jintużaw mill-konsumaturi f’rabta mal-kont tal-ħlas tagħhom;
|
|
(b)
|
jiġġeneraw l-ogħla spiża għal konsumaturi, kemm b’mod ġenerali kif ukoll għal kull unità;
|
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni soda tal-kriterji stipulati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu l-EBA għandha toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sat-18 ta’ Marzu 2015.
|
|
Artikolu 3 3
|
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u l-EBA l-listi proviżorji msemmija fil-paragrafu 1 sat-18 ta’ Settembru 2015. Fuq talba, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni supplimentari fir-rigward tad-data li fuq il-bażi tagħha jkunu kkumpilaw dawk il-listi fir-rigward tal-kriterji stipualti fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 3 4
|
4. Fuq il-bażi tal-listi proviżorji notifikati skont il-paragrafu 3, l-EBA għandha tiżviluppa standards tekniċi regolatorji abbozzati li jistabbilixxu t-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni għal dawk is-servizzi li huma komuni għal tal-inqas il-maġġoranza tal-Istati Membri. It-terminoloġija standardizzata tal-Unjonigħandha tinkludi t-termini u d-definizzjonijiet komuni għas-servizzi komuni u għandha tkun disponibbli bil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Fi kwalunkwe lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru, għandu jintuża terminu wieħed biss għal kull servizz.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Settembru 2016.
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 3 5
|
5. L-Istati Membri għandhom jintegraw it-terminoloġija standardizzata tal-Unjonistabbilita skont il-paragrafu 4 fil-lista proviżorja msemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jippubblikaw il-lista finali li tirriżulta tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta ma’ kont tal-ħlas mingħajr dewmien u l-aktar tard fi żmien tliet xhur wara li l-att delegat msemmi fil-paragrafu 4 ikun daħal fis-seħħ.
|
|
Artikolu 3 6
|
6. Kull erba’ snin, wara l-publikazzjoni tal-lista finali msemmija fil-paragrafu 5,l-Istati Membri għandhom jivvalutaw u, fejn adatt, jaġġornaw il-lista tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi stabbiliti skont il-paragrafi 1 u 2. Għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EBA dwar l-eżitu tal-valutazzjoni tagħhom u fejn applikabbli dwar il-lista aġġornata tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi. L-EBA għandha tirrevedi u fejn meħtieġ taġġorna t-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni, skont il-proċess stabbilit fil-paragrafu 4. Mal-aġġornament tat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni l-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jippublikaw il-listi finali msemmija fil-paragrafu 5 u għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jużaw it-termini u d-definizzjonijiet aġġornati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|