+Artikolu 4 2

Artikolu 4 2

2.   Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu:

(a)

ikun qasir u dokument waħdieni;

(b)

ikun ippreżentat u strutturat b’mod li jkun ċar u faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

(c)

ikun jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur,jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed;

(d)

ikun miktub bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun qed jiġi offrut il-kont tal-ħlas jew, jekk maqbul mill-konsumatur u mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, b’lingwa oħra;

(e)

ikun eżatt, mhux qarrieqi u espress fil-munita tal-kont tal-ħlas jew, jekk maqbul mill-konsumatur u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, f’munita oħra tal-Unjoni;

(f)

ikun fih it-titolu “dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi” fuq nett tal-ewwel paġna ħdejn simbolu komuni biex jiddistingwi d-dokument minn dokumentazzjoni oħra; u

(g)

jinkludi dikjarazzjoni li jkun fih tariffi għas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta mal-kont tal-ħlas u li l-informazzjoni sħiħa prekuntrattwali u kuntrattwali dwar is-servizzi kollha tkun provduta f’dokumenti oħra.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li, għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu jkun ipprovdut flimkien ma’ informazzjoni mitluba skont atti leġislattivi tal-Unjoni jew nazzjonali oħra bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti kollha tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġu sodisfatti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.