+Artikolu 4 Dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u glossarju
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7
|
Artikolu 4 Dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u glossarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(3) tad-Direttiva 2007/64/KE u l-Kapitolu II tad-Direttiva 2008/48/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien biżżejjed qabel ma jidħlu f’kuntratt għal kont tal-ħlas ma’ konsumatur, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipprovdu lill-konsumatur b’dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi fuq karta jew mezz ieħor li jservi għal żmien twil li fih it-termini standardizzati fil-lista finali tas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta ma’ kont tal-ħlas msemmija fl-Artikolu 3(5) ta’ din id-Direttivau, fejn tali servizz ikun offrut minn fornitur tas-servizzi tal-ħlas, it-tariffi li jikkorrispondu ma’ kull servizz.
|
|
Artikolu 4 2
|
2. Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu:
|
(a)
|
ikun qasir u dokument waħdieni;
|
|
(b)
|
ikun ippreżentat u strutturat b’mod li jkun ċar u faċli jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;
|
|
(c)
|
ikun jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur,jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed;
|
|
(d)
|
ikun miktub bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun qed jiġi offrut il-kont tal-ħlas jew, jekk maqbul mill-konsumatur u mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, b’lingwa oħra;
|
|
(e)
|
ikun eżatt, mhux qarrieqi u espress fil-munita tal-kont tal-ħlas jew, jekk maqbul mill-konsumatur u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, f’munita oħra tal-Unjoni;
|
|
(f)
|
ikun fih it-titolu “dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi” fuq nett tal-ewwel paġna ħdejn simbolu komuni biex jiddistingwi d-dokument minn dokumentazzjoni oħra; u
|
|
(g)
|
jinkludi dikjarazzjoni li jkun fih tariffi għas-servizzi l-aktar rappreżentattivi marbuta mal-kont tal-ħlas u li l-informazzjoni sħiħa prekuntrattwali u kuntrattwali dwar is-servizzi kollha tkun provduta f’dokumenti oħra.
|
L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li, għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu jkun ipprovdut flimkien ma’ informazzjoni mitluba skont atti leġislattivi tal-Unjoni jew nazzjonali oħra bil-kondizzjoni li r-rekwiżiti kollha tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġu sodisfatti.
|
|
Artikolu 4 3
|
3. Fejn servizz wieħed jew aktar ikunu offruti bħala parti minn pakkett ta’ servizzi marbuta ma’ kont tal-ħlas, id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi għandu jiddivulga t-tariffa għall-pakkett kollu, is-servizzi inklużi fil-pakkett u l-kwantità tagħhom, u t-tariffa addizjonali għal kwalunkwe servizz li jeċċedi l-kwantità koperta mit-tariffa tal-pakkett.
|
|
Artikolu 4 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu obbligu għal fornituri tas-servizzi tal-ħlas biex jagħmlu disponibbli għall-konsumaturi glossarju ta’ mill-inqas it-termini standardizzati stipulati fil-lista finali msemmija fl-Artikolu 3(5) u d-definizzjonijiet marbuta miegħu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-glossarju pprovdut skont l-ewwel subparagrafu, inklużi definizzjonijiet oħra, jekk ikun hemm, ikun abbozzat f’lingwaġġ ċar, mhux ambigwu u mhux tekniku u li ma jkunx qarrieqi.
|
|
Artikolu 4 5
|
5. Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u l-glossarju għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għall-konsumaturi fi kwalunkwe ħin. Huma għandhom jiġu pprovduti b’mod faċilment aċċessibbli, inkluż lil nonkonsumaturi, f’forma elettronika u fuq is-siti elettroniċi tagħhom fejn ikunu disponibbli u fil-bini tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas aċċessibbli għall-konsumaturi. Huma għandhom ikunu pprovduti wkoll fuq il-karta jew mezz ieħor li jservi għal żmien twil mingħajr ħlas fuq talba tal-konsumatur.
|
|
Artikolu 4 6
|
6. L-EBA, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar mill-konsumaturi, għandha tiżviluppa standards tekniċi abbozzati ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ preżentazzjoni standardizzata tad-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu.
L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi abbozzati ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Settembru 2016.
Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 4 7
|
7. Wara l-aġġornament tat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni, skont l-Artikolu 3(6), fejn meħtieġ, l-EBA għandha tirrevedi u taġġorna l-format standardizzat ta’ preżentazzjoni tad-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|