5. Id-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u l-glossarju għandhom ikunu magħmula disponibbli mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għall-konsumaturi fi kwalunkwe ħin. Huma għandhom jiġu pprovduti b’mod faċilment aċċessibbli, inkluż lil nonkonsumaturi, f’forma elettronika u fuq is-siti elettroniċi tagħhom fejn ikunu disponibbli u fil-bini tal-fornituri tas-servizzi tal-ħlas aċċessibbli għall-konsumaturi. Huma għandhom ikunu pprovduti wkoll fuq il-karta jew mezz ieħor li jservi għal żmien twil mingħajr ħlas fuq talba tal-konsumatur.