+Artikolu 5 Dikjarazzjoni tat-tariffi
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Dikjarazzjoni tat-tariffi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 47 u 48 tad-Direttiva 2007/64/KE u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2008/48/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornituri tas-servizzi tal-ħlas jipprovdu lill-konsumaturi għall-inqas darba fis-sena u bla ħlas b’dikjarazzjoni tat-tariffi kollha mġarrba, kif ukoll, fejn applikabbli, informazzjoni rigward ir-rati tal-interessi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għal servizzi marbuta ma’ kont tal-ħlas. Fejn applikabbli, il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għandhom jużaw it-termini standardizzati stipulati fil-lista finali msemmija fl-Artikolu 3(5) ta’ din id-Direttiva.

Il-kanal ta’ komunikazzjoni użat biex tiġi pprovduta d-dikjarazzjoni tat-tariffi għandu jkun maqbul mal-konsumatur. Id-dikjarazzjoni tat-tariffi għandha tingħata fuq il-karta mill-inqas fuq talba tal-konsumatur.

Artikolu 5 2

2.   Id-dikjarazzjoni tat-tariffi għandha tispeċifika mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

it-tariffa unitarja imposta għal kull servizz u n-numru ta’ drabi li s-servizz ġie użat matul il-perijodu rilevanti, u fejn is-servizzi huma kkombinati f’pakkett, it-tariffa imposta għall-pakkett kollu, in-numru ta’ drabi li t-tariffa tal-pakkett ġiet imposta matul il-perijodu rilevanti u t-tariffa addizzjonali imposta għal kwalunkwe servizz li jeċċedi l-kwantità koperta mit-tariffa tal-pakkett;

(b)

l-ammont totali ta’ tariffi mġarrba matul il-perijodu rilevanti għal kull servizz, kull pakkett ta’ servizzi pprovdut u servizzi li jeċċedu l-kwantità koperta mit-tariffa tal-pakkett;

(c)

ir-rata tal-interessi tal-overdraft applikat għall-kont tal-ħlas u l-ammont totali tal-imgħax impost marbuta mal-overdraft matul il-perijodu rilevanti, fejn applikabbli;

(d)

ir-rati tal-imgħax tal-kreditu applikat għall-kont tal-ħlas u l-ammont totali tal-imgħax miksub matul il-perijodu rilevanti, fejn applikabbli;

(e)

l-ammont totali ta’ tariffi imposti għas-servizzi kollha pprovduti matul il-perijodu rilevanti.

Artikolu 5 3

3.   Id-dikjarazzjoni tat-tariffi:

(a)

għandha tiġi ppreżentata u strutturata b’mod li tkun ċara u faċli tinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

(b)

għandha tkun eżatta, mhux qarrieqa u espressa fil-munita tal-kont tal-ħlas jew, jekk maqbul mill-konsumatur u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, f’munita oħra;

(c)

għandu jkun fiha t-titolu “dikjarazzjoni dwar it-tariffi” fuq nett tal-ewwel paġna tad-dikjarazzjoni ħdejn simbolu komuni biex jiddistingwi d-dokument minn dokumentazzjoni oħra; u

(d)

għandha tkun miktuba bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun qed jiġi offrut il-kont tal-ħlas jew, jekk maqbul mill-konsumatur u mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, b’lingwa oħra.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw li d-dikjarazzjoni tat-tariffi għandha tiġi pprovduta flimkien ma’ informazzjoni meħtieġa skont atti leġislattivi tal-Unjoni jew nazzjonali oħra dment li r-rekwiżiti kollha tal-ewwel subparagrafu jkunu sodisfatti.

Artikolu 5 4

4.   L-EBA, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar mill-konsumaturi, għandha tiżviluppa standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-format ta’ preżentazzjoni standardizzata tad-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-istandards tekniċi abbozzati ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Settembru 2016.

Is-setgħa hija kkonferita lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 5 5

5.   Wara l-aġġornament tat-terminoloġija standardizzata tal-Unjoni, skont l-Artikolu 3(6), l-EBA għandha, fejn neċessarju, tirrevedi u taġġorna l-format standardizzat ta’ preżentazzjoni tad-dokument ta’ informazzjoni dwar it-tariffi u s-simbolu komuni tiegħu, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.