+Artikolu 7 Siti tal-Internet tat-tqabbil
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4
|
Artikolu 7 Siti tal-Internet tat-tqabbil
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi jkollhom aċċess, bla ħlas, għal mill-inqas sit wieħed tal-Internet li jqabbel it-tariffi imposti mill-fornituri tas-servizzi tal-ħlas għal mill-inqas is-servizzi inklużi fil-lista finali msemmija fl-Artikolu 3(5) fil-livell nazzjonali.
Is-siti tal-Internet tat-tqabbil jistgħu jiġu operati minn operatur privat jew minn awtorità pubblika.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. L-Istati Membri jistgħu jesiġu li s-siti tal-Internet tat-tqabbil imsemmija fil-paragrafu 1 biex jinkludu determinanti komparattivi ulterjuri dwar il-livell ta’ servizz offrut mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Is-siti tal-Internet tat-tqabbil stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 1 għandhom:
|
(a)
|
joperaw b’mod indipendenti billi jiżguraw lil-fornituri tas-servizzi tal-ħlas jingħataw trattament ugwali fir-riżultati ta’ tfittxija;
|
|
(b)
|
jiddivulgaw b’mod ċar is-sidien tagħhom;
|
|
(c)
|
jistabbilixxu kriterji ċari u oġġettivi li fuqhom ikun ibbażat it-tqabbil;
|
|
(d)
|
jużaw lingwaġġ sempliċi u mhux ambigwu u, fejn applikabbli, it-termini standardizzati stabbiliti fil-lista finali msemmija fl-Artikolu 3(5);
|
|
(e)
|
jipprovdu informazzjoni preċiża u aġġornata u jiddikjaraw il-ħin tal-aħħar aġġornament;
|
|
(f)
|
jinkludu firxa wiesgħa ta’ offerti ta’ kontijiet tal-ħlas li tkopri parti sinifikanti tas-suq u, fejn l-informazzjoni ppreżentata ma tkunx ħarsa ġenerali kompleta tas-suq, dikjarazzjoni ċara għal dan, qabel ma jintwerew ir-riżultati; u
|
|
(g)
|
jipprovdu proċedura effettiva għal rapportar ta’ informazzjoni żbaljata dwar tariffi ppublikati.
|
|
|
Artikolu 7 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli online dwar id-disponibbiltà ta’ siti tal-Internet li jkunu konformi ma’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.08.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0092
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|