5. Fi żmien ħamest ijiem ta’ negozju minn meta tirċievi l-informazzjoni mitluba mingħand il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi msemmi fil-paragrafu 3, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju għandu kif u jekk previst fl-awtorizzazzjoni u sa fejn l-informazzjoni prevista mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi tippermetti lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju li jagħmel dan, iwettaq il-kompiti segwenti:
|
(a)
|
jistabbilixxi l-istanding orders għat-trasferimenti ta’ kreditu mitluba mill-konsumatur u jeżegwihom b’effett mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;
|
|
(b)
|
iwettaq kwalunkwe tħejjija meħtieġa biex jaċċetta debiti diretti u jaċċettahom b’effett mid-data speċifikata fl-awtorizzazzjoni;
|
|
(c)
|
fejn rilevanti, jinforma lill-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom skont il-punt (d) tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 260/2012;
|
|
(d)
|
jinforma lil dawk li jħallsu li huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni u li jwettqu trasferimenti ta’ kreditu rikurrenti deħlin fil-kont tal-ħlas tal-konsumatur bid-dettalji tal-kont tal-ħlas tal-konsumatur bil-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju u jibgħat kopja tal-awtorizzazzjoni mill-konsumatur lil dawk li jħallsu. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju ma jkollux l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex jinforma lil min iħallas, dan għandu jistaqsi lill-konsumatur jew lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa;
|
|
(e)
|
jinforma lil dawk li jħallsu li huma speċifikati fl-awtorizzazzjoni u li jużaw debitu dirett biex jiġbru fondi mill-kont tal-ħlas tal-konsumatur bid-dettalji tal-kont tal-ħlas tal-konsumatur mal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju u d-data li minnha d-debiti diretti għandhom jinġabru minn dak il-kont tal-ħlas u jibgħat kopja tal-awtorizzazzjoni mill-konsumatur lill-benefiċjarji. Jekk il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju ma jkollux l-informazzjoni kollha li jeħtieġ biex jinforma lill-benefiċjarju, dan għandu jistaqsi lill-konsumatur jew lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas li jittrasferixxi, biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa;
|
Fejn il-konsumatur jagħżel li jipprovdi personalment l-informazzjoni msemmija fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lil dawk li jħallsu jew lill-benefiċjarji aktar milli jipprovdi l-kunsens speċifiku f’konformità mal-paragrafu 2 lill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju biex jagħmel dan, il-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju għandu jipprovdi lill-konsumatur b’ittri standard li jipprovdu dettalji tal-kont tal-ħlas u d-data tal-bidu speċifikata fl-awtorizzazzjoni fl-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.